Referee Malti għal Kampjonati Under 18 Ewropej

Wednesday, July 29, 2015, 19:35

Gavin Muscat

Ir-referee internazzjonali Malti, Bernard Vassallo, din il-ġimgħa se jmur ir-Rumanija sabiex jikkontrolla partiti mill-Kampjonati Ewropej Femminili tal-FIBA ta’ taħt it-tmintax il-sena.

Vassallo se jkun qed jikkontrolla partiti ġewwa Bucharest fejn b’kollox se jieħdu sehem għoxrin pajjiż maqsuma f’erba’ gruppi fl-ewwel fażi ta’ dawn il-kampjonati li jibdew nhar il-Ħamis 30 ta’ Lulju u jintemmu l-Ħadd 9 ta’ Awwissu.

Ta’ min isemmi wkoll il-fatt li Vassallo diġa kien impenjat f’kampjonati Ewropej oħra dan is-Sajf fejn anke, nhar il-Ħadd 19 ta’ Lulju, huwa ikkontrolla l-finali tal-Kampjonati FIBA Diviżjoni Ċ tal-irġiel bejn Andorra u Ażerbaijan.

Ir-referee Bernard Vassallo

 

 

 





Leave a comment