Referee lokali fil-FIBA European Under 16 Men Championships Macedonia

Wednesday, August 20, 2014, 16:33

L-istaġun internazzjonali jkompli ma jieqafx għar-referee lokali tal-basketball, Bernard Vassallo, meta se jerġa jkun impenjat fl-ambitu Ewropew fil-ġranet li ġejjin.

Fil-fatt ix-xhur tas-Sajf kienu ferm impenjattivi għal Vassallo. Matul Ġunju kkontrolla żewġ partiti ta’ kwalifikazzjoni għal Eurobasket 2015, Kroazja kontra Iżrael (76-73) u ġimgħatejn wara Italja kontra Latvja (83-68).

Wara dawn il-partiti Vassallo kien uffiċjal fi tliet kampjonati differenti wara xulxin, l-ewwel wieħed Under 16C ġewwa Malta segwit minn dak tal-irġiel f’Ġibilta’ u mbagħad Under 18 Irġiel ġewwa Andorra fejn anke rreffja l-logħba finali.

Vassallo issa rċieva r-raba’ nominazzjoni mill-FIBA għal tornew dan is-Sajf meta bħalissa jinsab ġewwa l-Maċedonja bejn l-Erbgħa 20 u l-Ħadd 31 ta’ Awwissu jikkontrolla partiti mill-Kampjonati Ewropej Under 16 Irġiel fejn se jieħdu sehem total ta’ 22-il pajjiż.





Leave a comment