Redino Apap President ta’ Qormi

Friday, August 13, 2010, 16:18
Redino Apap second from right with former Qormi President Fenech (centre) in a recent activity

Redino Apap second from right with former Qormi President Fenech (centre) in a recent activity

Il-Ġimgha filgħodu tħabbar li l-President ta’ Qormi Football Club Matthew Fenech kien tefa’ r-riżenja tiegħu minħabba pressjoni ta’ xogħol iżda kkonferma fl-istess ħin li se jibqa’ jifforma parti mill-kumitat tal-yellows billi jservi fil-kariga ta’ Viċi President.

Fenech stqarr li din kienet deċizjoni diffiċli ħafna għalih iżda għamilha għal ġid tal-club. Il-kariga ta’ President issa se tkun okkupata minn Redino Apap li kien Viċi President u membru tal-kunsill tal-MFA.

Apap hu magħruf sew għall-ħidma tiegħu fi ħdan il-Club ta’ Qormi u minkejja l-eta` pjuttost żghira tiegħu ilu jaħdem fi ħdan il-Club tal-Football għall-diversi snin.

Redino Apap u anke Matthew Fenech għandhom relazzjoni ottima bejniethom u l-familja Fenech li hija l-isponsor ewlieni ta’ dan il-Club tal-Football għazlet li tħalli t-tmun f’id persuna li diġa huwa midħla sew fil-Club tal-Qriema.

Qormi dan l-istaġun se jkunu qedgħin immexxija mill-kowċ Stephen Azzopardi wara li l-istaġun li għadda temm ħesrem lejn l-aħħar l-impenn tiegħu ma dan il-Club Jesmond Zerafa.

Hu rraportat li l-players ta’ Qormi ġew notifikati b’din il-bidla fil-Presidenza fil-jiem li għaddew imma ġew assigurati li kull ftehim finanzjarju li kien miftiehem ma’ Matthew Fenech l-ex President se jiġi onorat.





Leave a comment