- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Rebħiet konvinċenti għal Luxol u Hibernians

Posted By sportinmalta1 On February 10, 2018 @ 9:22 am In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 52

Caffè Moak Luxol 66

(16-17)(8-12)(9-22)(19-15)

Caffè Moak Luxol kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat kontra Gżira Athleta biex komplew javvanzaw fil-klassifika. Athleta kienu mingħajr iż-żgħażagħ Neve Borg u Nicole Hili fil-waqt li Luxol kellhom nieqsa lil Ina Baena Medina, Kay Portelli u Martina Darmanin. Wara basket fuq kull naħa, Luxol kellhom tlett three pointers konsekuttivi minn Sarah Pace u Christina Curmi biex marru 9 minn fuq 13-4. Athleta rrispondew b’baskets ta’ Amelia Simmons u trippla ta’ Julia Schembri però Luxol kellhom il-punti ta’ Christina Grima. Athleta ġew lura bil-punti ta’ Simmons biex sa’ tmiem it-taqsima naqqsu d-distakk għal punt 16-17. Fit-tieni perjodu Athleta rnexxielhom jieħdu l-vantaġġ b’baskets minn Denise Said Hollier, Leanne Duncan u Simmons. Luxol wieġbu b’run ta’ 9-2 fosthom trippla ta’ Grima biex daħlu jistrieħu 29-24 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni, Luxol bdew iżidu l-vantaġġ hekk kif Pace kellha mument mill-aqwa bi tlett three pointers flimkien mal-Amerikana Maria Brown. Athleta bdew isibu diffikulta biex jagħmlu l-punti tant li l-vantaġġ tac-champions kiber għal 18 –il punt 51-33. Fl-aħħar sessjoni, Luxol komplew b’aktar three pointers minn Pace u Grima. Athleta naqqsu xi ftit id-distakk b’punti minn Duncan, Schembri u Sharon Vella. Luxol kellhom run oħra ta’ 8-0 bi trippla ta’ Curmi qabel ma l-coach Stolp biddel diversi players. Hawn Athleta approfittaw meta temmew il-partita b’run ta’ 13-1 li serviet biss biex għamlu l-iskor aktar rispettabli hekk kif Luxol ħarġu rebbieħa 66-52.

Gżira Athleta: B. Zammit, L. Duncan 11, A. Simmons 26, D. Said Hollier 6, A. Borg 2, J. Schembri 5, S. Vella 2, E. Pace, C. Mifsud.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 24, C. Borg Millo, Ni. Vella, No. Vella 3, C. Grima 19, L. Caruana Montaldo, M. Brown 10, C. Solllami,  C. Curmi 2.

Referees: Bernard Vassallo, Jennifer Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Starlites GIG 30

Hibernians 77

(3-25)(7-20)(11-19)(9-13)

Jumejn qabel ma jiltaqgħu fil-finali tat-tazza Louis Borg, Hibernians għelbu lil Starlites GIG 77-30 biex ħadu t-tielet rebħa tal-kampjonat u għal Starlites kienet it-tieni telfa konsekuttiva. Starlites kienu mingħajr l-Ispanjola Patricia Arguello li ġiet imserrħa għall-finali hekk kif ankè fl-aħħar partita dehret li ma kienitx f’sikkitha. Hibs iddominaw il-partita sa’ mill-ewwel ħinijiet hekk kif bdew bi break ta’ 11-0 b’Sam Brincat tibda bi trippla u kompliet b’aktar punti flimkien ma’ basket tal-Amerikana Rachel Kehoe. Għalkemm Starlites kellhom risposta minn Kristy Galea u Stephanie Davies, Hibs komplew bi break ieħor ta’ 14-2 fosthom trippla ta’ Silvia Gambino u punti ta’ Sophie Abela biex temmew l-ewwel sessjoni 25-3 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Starlites fetħu bil-punti ta’ Marilou Cutajar u trippla ta’ Galea. Hawn però Hibs reġgħu għamlu run qawwija ta’ 18-0 minn Abela, Kehoe, Gambino u Julia Scerri biex daħlu jistrieħu 45-10 minn fuq.

Wara l-intervall Starlites fetħu bi tmien punti mingħajr risposta però għal Hibs spikkat Naomi Farrugia li kienet f’ġurnata ta’ grazzja u kisbet 4 three pointers konsekuttivi. Hibs kellhom ukoll il-punti ta’ Ema Micallef u Kehoe biex temmew il-perjodu 64-21 minn fuq. L-andament tal-partita baqa’ l-istess ankè fl-aħħar sessjoni wara li Farrugia fetħet bil-ħames trippla tagħha flimkien mal-punti ta’ Scerri. Hibs baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex rebħu l-partita 77-20.

Starlites GIG: M. Zammit Cordina 2, K. Galea 10, J. Doughty 1, S. Farrugia, H. Acreman 2, D. Revol 2, L. Pirotta 5, M. Riolo, P. Arguello, M. Cutajar 2, S. Davies 6, A. Lupo.

 

Hibs: E. Micallef 3, E. Cassar 2, S. Gambino 9, S. Brincat 15, I. Agius, J. Abela, S. Abela 9, K. Caruana 8, N. Farrugia 15, R. Kehoe 8, J. Scerri 8.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi, Kamil Dworniczak.

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites

6

4

2

10

319

341

Caffe Moak Luxol

6

3

3

8

323

315

Hibs

5

3

2

8

276

233

Depiro

6

2

4

8

298

317

Gżira Athleta

5

2

3

7

267

277

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/rebhiet-konvincenti-ghal-luxol-u-hibernians/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.