- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Rebħiet komdi għal ta’ fuq

Posted By sportinmalta1 On March 26, 2018 @ 8:11 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Siġġiewi 59

Gżira Athleta 92

(16-26)(19-14)(11-15)(13-17)

Gżira Athleta kisbu l-10 rebħa tagħhom fil-kampjonat meta kif mistenni għelbu lil Siġġiewi 92-59. Siġġiewi kellhom diversi players neqsin fosthom lil Milan Nedic, Alexendar Nenkovic u Jake Carter u matul il-partita tilfu wkoll lil JP Antoncic li tkeċċa u lil Roberto Alosco b’żewġ fouls intenzjonali. Athleta kienu mingħajr Joshua Aquilina. Siġġiewi żammew il-pass mal-avversarji sal-intervall però mit-tielet sessjoni ‘l quddiem Athleta bdew jiddominaw il-partita. Athleta marru 11-4 minn fuq wara punti minn Luca Stefanovic u trippla ta’ Stefan Vincic. Siġġiewi ġew lura bil-punti ta’ Hubert Agius u Alosco li kellhu trippla però punti minnn Stefanovic u Albert Serra raw lil Athleta jtemmu t-taqsima 26-16 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Siġġiewi naqqsu d-distakk bi trippla t’Antoncic bl-Athleta jwieġbu b’oħra minn Nathan Xuereb. Siġġiewi kellhom mument tajjeb bi break ta’ 7-2 b’punti minn Agius u għalqu t-taqsima bi trippla ta’ Jhun Lizandaur għal skor ta’ 40-35.

Wara l-intervall, Athleta bdew b’run ta’ 10-0 bis-Siġġiewi jirrispondu b’żewġ baskets. Athleta komplew sejrin u wara li Adrian Baldacchino għamel trippla għal Siġġiewi, Athleta għamlu run oħra ta’ 17-2 b’diversi punti minn Serra u Francesco Mifsud Bonnici biex għalquha 75-46 minn fuq. Fl-aħħar taqsima, kienu Athleta li bdew b’run oħra ta’ 11-2 bi trippla ta’ Mifsud Bonnici u komplew jikkontrollaw il-partita b’diversi players ta’ fuq il-bank u rebħu l-partita 92-59.

Siġġiewi: JP Antoncic 3, J. Lisandaur 9, H. Agius 26,  M. Baldacchino 2, R. Alosco 8,  R. Camilleri 2, A. Baldacchino 3, O. Shamala 6.

 

Gżira Athleta: R. Zammit, F. Mifsud Bonnici 2, C. Puccia 2, A. Serra 27, L. Stefanovic 15, M. Caruana Montaldo, N. Xuereb 4, J. Aquilina 2, B. Bartolo 1, S. Vincic 18, J. Ransley 6, M. Cilia.

Referees: Vladimir Nikolic,Zvezdan Dobrosaviljevic.

Balkan Fusion 113

 

Starlites GIG 52

(30-7)(33-9)(18-13)(32-23)

Balkan Fusion kisbu rebħa komda kontra ż-żagħżagħ ta’ Starlites GIG 113-52.  Huma kienu dominanti sa’ mill-ewwel minuti hekk kif bdew bil-partita bi break ta’ 11-0 bi trippla ta’ Bogdan Mrkojevic. Starlites waqqfuhom bi three pointer ta’Julian Wait però Balkans malajr komplew u kisbu 11 –il punt ieħor b’logħob sabiħ u punti ta’ Nicola Stankovic u Alex Perunicic. Starlites bdew jagħmlu diversi turnovers u Balkan approfittaw biex għalqu t-taqsima 30-7 minn fuq. L-andament tal-partita baqa’ l-istess għalkemm Starlites kellhom it-trippli minn Isaac Pace u Mirco Azzopardi. Fil-fatt, Balkans għamlu run oħra qawwija ta’ 20-2 fosthom trippla ta’ Stankovic flimkien ma’ Bogdan Ilic u Ivan Kumric biex fl-intervall kienu 63-16 minn fuq.

Fit-tielet taqsima r-ritmu naqas u Starlites bdew jirrispondu għal baskets tal-avversarji. Kien biss lejn tmiem is-sessjoni li Balkans għamlu break ta’ 8-0 għal skor ta’ 81-29. Fl-aħħar sessjoni, Balkans reġgħu ħarġu aggresivi u bdew b’run ta’ 13-2 bil-punti ta’ Mrkojevic u Kumric. Starlites kellhom żewġ three pointers ta’ Owen Psaila bil-Balkans ikomplu sejrin u għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Kumric. Huma għamlu l-aħħar punti tal-partita minn Ilic u Perunicic biex ħarġu rebbieħa 113-52.

Balkan Fusion: M. Stjepanovic 6, B. Ilic 13, I. Kumric 18, S. Opojevlic 6, A. Perunicic 23, Z. Stankovic 7, B. Mrkojevic 13, N. Bukva 10, N. Stankovic 17.

 

Starlites GIG: O. Psaila 10, M. Azzopardi 14, L. Vella, I. Felice Pace 4, M. Scerri 5, I. Pace 10, M. Vella, J. Wait 5, A. Xuereb 4.

Referees: Nicky Azzopardi, Christine Xuereb.

Victoria Libertas 35

 

Depiro 66

(6-28)(6-15)(9-13)(14-10)

Bidu mill-aqwa tal-partita kien biżżejjed għal Depiro biex jieħdu l-għaxar rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Victoria Libertas 66-35. Mal-lista ta’ players neqsin ta’ Libertas żdied Emanuel Lupo li weġġa’ fl-aħħar partita. Depiro kellhom nieqes lil Adam Chomo bil-coach Alfred Mifsud juża diversi players żgħażagħ speċjalment wara l-intervall. Depiro fetħu b’żewġ baskets ta’ Jack Nygaard bil- Libertas iwieġbu bil-punti ta’ Nicolo Petrucci. Depiro komplew b’run ta’ 14-2 b’żewġ trippli ta’ Matthew Borg u Nicholas Grech. Libertas kisbu basket ieħor minn Bernard Soler qabel ma Depiro kellhom run oħra ta’ 10-0 bit-trippli ta’ Kurt Xuereb u Nygaard għal skor ta’ 28-6. Fit-tieni perjodu Depiro komplew b’run oħra ta’ 10-2 bi trippla ta’ Marco Zloh. Sa’ tmiem is-sessjoni kien hemm punti fuq kull naħa biex Depiro daħlu jistrieħu 43-12 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni, Depiro komplew iżidu l-vantaġġ bil-punti ta’ Ethan Briff, Grech u Nygaard li kellhu trippla oħra. Libertas kellhom il-punti ta’ Daniele Miani u Petrucci però Depiro kienu għadhom 52-21 minn fuq. Fl-aħħar taqsima, l-punti naqsu hekk kif Depiro kellhom diversi players ta’ fuq il-bank. Libertas irnexxielhom jagħmlu break qasir ta’ 8-0 b’żewġ baskets ta’ Soler flimkien ma’ Miani u David Agius biex Depiro ħadu r-rebħa 66-35.

Victoria Libertas: D. Agius 11, K. Galea, N. Petrucci 4, S. Mizzi 1, P. Caruana, D. Miani 11, B. Soler 8.

Depiro: E. Briffa 4, M. Brincat 2, M. Mallia, M. Debattista, A. Attard 3, N. Grech 10, J. Camilleri, J. Nygaard 18, M. Zloh 3, K. Xuereb 11, M. Borg 9, J.Vibe 6.

Referees: Emanuel Mangani, Vladimir Nikolic.

Luxol 83

Marvels Frank Salt 61

(24-17)(26-5)(20-17)(13-22)

Luxol kisbu d-disa’ rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Marvels Power Plus 83-61 f’partita bilanċjata ħlief għal mument deċisiv fit-tieni taqsima meta Luxol kellhom run ta’ 17-0. Luxol kellhom diversi players neqsin bħal Ben Caruana Montaldo, Liam Caruana Montaldo u Michael Sjoberg u kellhom lura lil CJ Cordina. Marvels kellhom nieqes ukoll lil Darren Debattista. Marvels għamlu l-ewwel sitt punti tal-partita minn Christian Briffa u Quentin Bugeja. Luxol irrispondew b’run ta’ 12-0 bi trippli minn Clayton Calleja u Keith Dimech. Marvels ġew lura u trippla ta’ Bugeja poġġiethom punt minn fuq qabel ma’ Luxol kellhom break ta’ 8-0 b’żewġ three pointers minn Juan Navarro u Vukassin Jandric għal skor ta’ 24-17. Fit-tieni perjodu, wara basket fuq kull naħa, Luxol kellhom run qawwija ta’ 17-0 b’diversi punti minn Calleja, Dimech u Cordina li kellhu trippla biex marru 43-19 minn fuq. Sa’ tmiem it-taqsima, Luxol komplew iżidu d-distakk wara punti minn Adrian Micallef u trippla oħra ta’ Jandric għal skor ta’ 50-22.

Wara l-intervall, il-partita kienet ħafna iżjed bilanċjata biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin għal ħin twil. Marvels kellhom break qasir ta’ 7-2 bil-punti ta’ Briffa u Luke Azzopardi però Luxol għalqu s-sessjoni b’żewġ three pointers minn Juan Cefai u Calleja għal skor ta’ 70-39. Fl-aħħar taqsima, Luxol kellhom aktar trippli minn Navarro u Dimech qabel ma l-coach Duncan Fenech ta spazju lil players żgħażagħ minn fuq il-bank. Dan wassal biex Marvels naqqsu xi ftit id-distakk b’punti minn Azzopardu u Bugeja li kellhom trippla kull wieħed biex Luxol rebħu l-partita 83-61.

Luxol: CJ Cordina 7, J. Cefai 5, V. Jandric 12, I. El Gabaily 2, R. Falzon, K. Dimech 23, C. Calleja 16, J. Navarro 10, A. Micallef 8.

Marvels Frank Salt: D. Pisani 17, R, Curmi 2, D. Verebies 2, L. Azzopardi 12, A. Morris, C. Briffa 16, Q. Bugeja 8,  D. Borg 4.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Igor Marjanovic

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Balkan Fusion

12

11

1

23

954

594

Gżira Athleta

12

10

2

22

985

728

Depiro

12

10

2

22

962

770

Luxol

12

9

3

21

878

785

Hibernians

12

6

6

18

741

844

Siġġiewi

13

5

8

18

773

916

Startlites

13

3

10

16

793

972

Victoria Libertas

13

1

12

14

631

861

Marvels Frank Salt

12

1

12

14

680

927


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/rebhiet-komdi-ghal-ta-fuq/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.