Rebħiet kbar għal Luxol u Hibs fl-ewwel ġurnata

Tuesday, October 13, 2015, 19:55

St. James Hospital Shield Nisa

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 83

Floriana 21

(24-8)(17-4)(17-4)(23-5)

Caffè Mak Luxol bdew l-impenji tagħhom fis-St.James Hospital Shield b’rebħa faċli fuq Floriana. Floriana kienu qiegħdin jagħmlu r-ritorn fil-basketball femminili wara 20 sena b’team magħmul minn diversi players li kienu ma’ Phoenix l-istaġun li għadda flimkien ma’ xi żgħażagħ min-nursery tagħhom. Luxol kellhom nieqsa lil Sarah Pace u Sophie Abela però rritornaw Mandi Mercieca u Christina Curmi.Il-coach tal-Luxol Charles Bonnici lagħab il-players kollha li lkoll irnexxielhom iniżżlu isimhom fost l-iskorers. Wara basket inizzjali minn Floriana permezz ta’Guliana Torpiano, kien hemm ir-risposta tac-champions bi sbatax –il punt mingħajr risposta. Huma bdew bi trippla ta’Beverlee Zammit flimkien ma’ punti minn Paula Ellul u Steffi De Martino. Floriana kellhom mument tajjeb bi tlett baskets konsekuttivi minn Abigail Sciberras u Lisa Pace. Luxol komplew b’seba’ punti oħra biex temmew is-sessjoni 24-8 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Luxol biddlu l-players kollha però huma xorta komplew jiddominaw b’punti minn Christina Curmi u Martina Darmanin flimkien ma żewġ three pointers ta’ Greta Costa. Bejniethom Floriana kellhom żewġ baskets minn Martha Gatt u Yanika Agius għal skor ta’ 41-12.

It-tielet sessjoni kompliet bl-istess andament fejn wara basket minn Nicole Hili għal Floriana, kien hemm 13 –il punt mingħajr risposta minn Luxol kollha minn Ellul u De Martino u basket ta’ Nicole Agius. Is-sessjoni għalqet b’żewġ baskets oħra ta’ Ellul għal skor ta’ 60-16. Fl-aħħar taqsima Luxol kellhom il-punti konsekuttivi ta’ Joselle Borg Cardona flimkien ma’ Mercieca, Agius u Christina Sollami biex rebħu l-partita 83-21.

Caffè Moak Luxol: K. Portelli 2, B. Zammit 3, N. Agius 6, J. Borg Cardona 12, L. Serge 2, S. De Martino 15, C. Sollami 2, M. Mercieca 4, P. Ellul 18, G. Costa 6, M. Darmanin 1, C. Curmi 12.

Floriana: Y.Agius 2, L. Pace 4, M.Borg, M. Gatt 4, A. Camilleri, G. Torpiano 3, L. Haber, A. Sciberras 6, N. Hili 2, E. R. Cassar.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Jennifer Mangani.

Hibs 74

Starlites Naxxar 40

(19-6)(24-9)(20-13)(11-13)

Hibs ukoll bdew b’rebħa konvinċenti meta għelbu lil Starlites 74-40. Hibs kellhom nieqsa lil Ema Micallef b’injury twila però rritornat Nadia Mifsud kif ukoll inkludew xi żgħażagħ oħra. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat bi ftit punti hekk kif Hibs kienu basket minn fuq fis-sitt minuta 8-6 bil-punti tagħhom kollha jaslu minn Christina Grima. Starlites kellhom trippla minn Lindsey Pirotta u basket ta’ Jean Doughty. Hawn Hibs ħadu l-partita f’idejhom meta għamlu run ta’ 11-0 b’punti minn Elena Cassar u Maria Said biex temmew it-taqsima 19-6 minn fuq. Fl-ewwel ħinijiet tat-tieni perjodu ż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin però mbagħad Hibs kellhom żewġ runs ta’ 8-0 u 11-0 b’baskets ta’ Iona Agius u Cassar b’din tal-aħħar tagħmel trippla għal skor ta’ 43-14.

Il-partita baqgħet bl-istess andament ankè fit-tielet perjodu. Hibs fetħu b’żewġ baskets minn Josephine u Christina Grima. Starlies kellhom il-punti ta’ Samantha Tabone u Stephanie Davies però J. Grima kellha diversi baskets flimkien ma’ Hannah Al Tumi biex temmew is-sessjoni 63-27. Fl-aħħar sessjoni l-punti naqsu biż-żewġ coaches jagħmlu diversi bidliet. Starlites bdew bi break ta’ 8-1 b’żewġ baskets minn Danielle Agius. Hibs irrispondew b’run ta’ 10-0 bi tlett baskets oħra ta’ Joey Grima. L-aħħar punti tal-partita ġew minn Starlites li kellhom trippla ta’ Doughty u basket ta’ Tabone biex Hibs ħarġu rebbieħa 74-40.

Hibs: J. Scerri 4, E. Cassar 12, N. Vella, I. Agius 6, J. Grima 20, M. Said 7, C. Grima 18, K. P. Mifsud 2, N. Mifsud, H. Al Tumi 5, N. Farrugia, K. Tonna.

Starlites Naxxar: D. Agius 12, K. Galea 2, J. Doughty 5, S. Tabone 5, J. Micallef, K. Pirotta 2, N. Said, L. Pirotta 9, K. Zerafa, E. Magrin, S. Davies 5, A. Demanuele.

Referees: Emanuel Mangani, Christine Farrugia.





1 Comment

  1. Karmnu says:

    Ejja hibs ohorgu l-liri

    [Reply]

Leave a comment