- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Rebħiet kbar għal Electrofix Hibs u Caffè Moak Luxol

Posted By sportinmalta1 On February 29, 2016 @ 7:37 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat MSV life Nisa

Starlites Naxxar 38

Gżira Athleta 51

(10-9)(8-21)(10-16)(10-5)

Gżira Athleta kisbu r-raba’ rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Starlites Naxxar 51-38. Starlites kellhom nieqsa lil Emma Magrin fil-waqt li Athleta kienu mingħajr Antoinette Borg. Athleta għamlu l-ewwel punti tal-partita minn Sharon Vella u Chantelle Mifsud u Denise Said Hollier biex marru 6-2 minn fuq. Starlites temmew b’mod tajjeb l-ewwel sessjoni hekk kif kellhom sitt punti mingħajr risposta b’żewġ baskets ta’ Kristy Galea biex temmewha fuq quddiem 10-9. Athleta rnexxielhom idawwru l-iskor fit-tieni taqsima meta kellhom il-punti ta’ Leanne Sciberras u Mifsud. Huma komplew bi break qawwi ta’ 15-3 bi trippla ta’ Raisa Sciberras u diversi punti minn Kelly Busuttil biex daħlu jistrieħu 12 minn fuq 30-18.

Wara l-intervall Starlites reġgħu naqqsu d-distakk meta kellhom run ta’ 8-22 b’baskets ta’ Jean Doughty, Danielle Agius, Adriana Demanuele u Galea. Trippla ta’ Elena Pace bdiet run oħra ta’ 12-2 minnn Athleta biex huma żiedu l-vantaġġ 46-28 fi tmiem it-taqsima. L-aħħar sessjoni ftit offriet punti hekk kif kellhom jagħddu kważi sitt minuti biex Athleta għamlu l-ewwel punti tagħhom. Starlites kellhom il-punti ta’ Lindsey Pirotta u Gaea. Il-partita ntemmet b’baskets fuq kull naħa biex Athleta ħarġu rebbieħa 51-38.

Starlites Naxxar: D. Agius 2, K. Galea 10, J. Doughty 9, S. Tabone 7, K. Pirotta, A. Demanuele 4, L. Pirotta 6, K. Zerafa, S. Davies.

Gżira Athleta: K. Busuttil 10, S. Pisani, L. Sciberras 12, S. Cilia, D. Said Hollier 5, R. Sciberras 5, S. Vella 10, E. Pace 3, C. Mifsud 6.

Referees: Jennifer Mangani, Alfred Carbonaro.

Electrofix Hibs 83

Floriana 13

(31-3)(21-4)(19-2)(12-4)

Din il-partita aktar kienet tixbah lil partita ta’ ħbiberija milli partita tal-kampjonat biż-żewġ coaches jaqblu li tigi kkontrollata minn uffiċjal waħda. Kif mistenni, Hibs ma sabu l-ebda problema biex joħorġu rebbieħa f’dan il-konfront 83-13. Hibs kellhom nieqsa lil Elena Cassar fil-waqt li Floriana kienu mingħajr Martha Gatt u Nicole Hili. Hibs għamlu l-ewwel 21 punt tal-partita b’diversi punti minn Josephine Grima, Maria Said Julia Scerri. L-uniku punti ta’ Floriana waslu minn trippla ta’ Guliana Torpiano qabel ma Hibs komplew b’għaxar punti oħra għal skor ta’ 31-3. Fit-tieni perjodu l-andament tal-partita baqa’ l-istess b’Hibs jiftħu b’żewġ trippli u sal-half-time kienu 52-7 minn fuq.

Wara l-intervall, Hibs għamlu run ta’ 10-0 bil-punti ta’ Scerri u Greta Costa qabel ma Emily Cassar għamlet il-basket Furjaniż. Hibs komplew bi trippla ta’ Naomi Farrugia għal skor ta’ 71-9. Fl-aħħar sessjoni l-punti naqsu minn naħa ta’ Hibs għalkemm Grima kisbet erba’ baskets oħra u rebħu l-partita 83-13.

Electrofix Hibs: J. Scerri 8, N. Vella 7, I. Agius 6, J. Grima 22, M. Said 11, C. Grima 4, K. P. Mifsud 3, N. Mifsud 2, N. Farrugia 12, G. Costa 8.

Floriana: M. Borg, L. Pace, N. Arena 2, A. Camilleri, V. Mifsud Tommasi, G. Torpiano 5, L. Haber, F. Camilleri, E. Cassar 6.

Referee: Jennifer Mangani

Pavi Depiro 37

Caffè Moak Luxol 70

(7-18)(5-20)(12-16)(13-16)

Fl-aħħar partita, Caffe Moak Luxol rebħu kontra Pavi Depiro 70-37. Depiro għadhom bi skwadra b’diversi players neqsin minħabba injuries fit-tul għal Svetlana Micallef u Petra Montanaro u Tina Mifsud kienet nieqsa wkoll għalihom. Luxol għadhom mingħajr Joselle Borg Cardona u kienet nieqsa wkoll Martina Darmanin. Kienu Luxol li ħadu l-ewwel vantaġġ tal-logħba wara punti minn Nicole Agius u Sarah Pace. Huma komplew bi break ieħor ta’ 8-0 bi trippli ta’ Agius u Steffi De Martino u temmew l-ewwel s-sessjoni 18-7 quddiem. Fit-tieni taqsima, Luxol fetħu b’run oħra ta’ 11-3 b’aktar punti ta’ De Martino u Pace. Depiro kellhom trippla minn Sam Brincat iżda Luxol temmew is-sessjoni b’run ta’ 9-0 u fl-intervall kellhom vantaġġ komdu ta’ 26 punt 38-12.

Fit-tielet perjodu Luxol baqgħu għaddejjin tajjeb speċjlament fl-attakk tagħhom u żiedu l- vantaġġ tagħhom b’aktar punti minn De Martino flimkien ma’ Mandi Mercieca u Pace li kellha wkoll trippla għal skor ta’ 54-24. Fl-aħħar sessjoni l-coach ta’ Luxol Charles Bonnici ta ħin fil-court lill-players żgħażagħ tiegħu. Depiro kellhom il-baskets ta’ Maria Bonett u Claudia Camilleri madankollu Luxol temmew il-logħba  bi break ta’ 8-2 bil-punti ta’ Cristina Sollami, Abigail Calleja u De Martino biex rebħu l-logħba 70-37.

 

Pavi Depiro: A. Mifsud 2, G. Mifsud 7, S. Brincat 5, M. Bonett 8, C. Camilleri 6, M. Scicluna 2, J. Xuereb, C. Ciantar 7.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 15, B. Zammit, N. Agius 6, M. Mercieca 6, S. De Martino 29, C.Sollami 4, A. Calleja 2, P. Ellul 2, N. Vella, C. Curmi 6.

Referees: Alfred Carbonaro, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Electrofix Hibs

8

7

1

15

590

294

Caffe Moak Luxol

8

7

1

15

529

310

Pavi Depiro

8

4

4

12

391

400

Gżira Athleta

8

4

4

12

416

409

Starlites

8

2

6

10

277

457

Floriana

8

0

8

8

191

524

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/rebhiet-kbar-ghal-electrofix-hibs-u-caffe-moak-luxol/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.