Rebħiet kbar fit-tieni ġurnata

Monday, October 27, 2014, 18:18

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD IRĠIEL

minn Colin Schembri

Cynergi Virtus 77

Bupa Luxol 58        
(27-12)(18-11)(24-18)(8-17)

Cynergi Virtus waslu sas-semifinali wara li kisbu t-tieni rebħa tagħhom fis-St. James Hospital Shield meta għelbu lil Bupa Luxol 77-58. Luxol issa mingħajr Samuel Deguara kellhom jagħddu wkoll mingħajr Alan Borg. Virtus bdew tajjeb u fl-ewwel tlett minuti kienu diġa 8-0 minn fuq wara żewġ baskets ta’ Anton Axiaq, Peter Shoults u David Bugeja. L-ewwel punti ta’ Luxol ġew minn trippla tal-Amerikan Orlando Rutledge però Virtus ukoll kellhom trippla minn Nathan Walkup u komplew iżidu l-vantaġġ 16-5 fis-seba’ minuta. Wara trippla oħra minn Rutledge, Virtus għamlu break ieħor ta’ 9-0 u temmew l-ewwel sessjoni 27-12 minn fuq. Fit-tieni taqsima Luxol kellhom bidu mill-aqwa meta għaqqdu break ta’ 9-0 b’basket ta’ Abraham Portelli u seba’ punti ta’ Rutledge. Virtus irkupraw minn dan il-mument u kellhom il-punti konsekuttivi minn Walkup flimkien ma’ trippla ta’ Shawn Pace u fil-halftime kienu 45-23 minn fuq.

Wara l-intervall kienu Virtus li reġgħu fetħu tajjeb. Walkup kellhu żewġ trippli flimkien mat-tieni waħda ta’ Pace u żiedu d-distakk għal 35 punt 62-27. Luxol wieġbu permezz ta’ Rutledge, CJ Cordina u Andrew Micallef Trigona u kellhom break ta’ 11-2 biex it-taqsima ntemmet bil-Virtus fuq quddiem 69-41. Fl-aħħar sessjoni ż-żewġ coaches taw spazju lil diversi players żgħażagħ u l-aħjar li marru kienu Luxol li sabu spazju biex jagħmlu run ta’ 13-2 biex ġabu l-iskor aktar rispettabli b’Virtus itemmu fuq in-naħa rebbieħa 77-58.

Cynergi Virtus: S. Pace 10, D. Bugeja 7, R. Bonnici 4, C. Doublet, A. Schembri, N. Walkup 29, A. Felice Pace, A. Axiaq 21, F. Bartolo, G. Coleiro, P. Shoults 6.

Bupa Luxol: CJ Cordina 4, A. Portelli 7, J. Willoughby 2, E. Bonello, JP Schembri, N. Andrejevic, O. Rutledge 33, A. Micallef Trigona 6, JP Bonnici 2, S. Capello 4.

Referees: Bernard Vassallo, Luke Camilleri, Emanuel Mangani.

AtoZ Electronics Athleta 96

Pavi Depiro 53
(22-9)(23-11)(26-10)(25-23)

Ic-champions AtoZ Electronics Athleta ukoll kellhom rebħa kbira fuq Pavi Depiro biex ukoll akkwistaw post fis-semifinali. Isaac Tanti kien imweġġa u ma ħax sehem f’din il-partita għall-Athleta li però xorta kienu dominanti kontra t-team ż-żagħżugħ ta’ Depiro li sofrew ukoll it-tkeċċija tal-coach tagħhom fuq protesti lejn tmiem it-tieni sessjoni. Wara li Darryl Schembri għamel l-ewwel basket għal Depiro, Athleta kisbu l-ewwel break sostanzjali tagħhom ta’ 14-2 bi trippla ta’ Michael Naudi u baskets ta Roderick Vella fost l-oħrajn. Għal Depiro kien hemm il-punti ta’ Marko Todorovic iżda Athleta żiedu l-vantaġġ qabel ma ntemmet it-taqsima bi trippla ta’ Omar Said u basket ta’ Chad Patus għal skor ta’ 22-9. Depiro reġgħu kisbu l-ewwel basket tat-tieni sessjoni qabel ma sofrew run oħra ta’ 15-0 minn Athleta fejn spikka Omar Said b’seba’ punti flimkien ma’ Vella u Patus. Depiro wieġbu bil-punti ta’ Todorovic u Samuel Zammit bl- Athleta jagħlqu mill-ġdid bi trippla ta’ Said u basket ta’ Patus u fl-intervall kienu 45-20 minn fuq.

Fit-tielet taqsima ż-żewġ timijiet bdew iwieġbu lil xulxin sal-ewwel sitt minuti hekk kif għal Depiro kien hemm il-punti tas-solitu Todorovic b’Andrew Aquilina u Naudi jwieġbu għac-champions. Athleta komplew jiddominaw is-sessjoni fl-aħħar żewġ minuti fejn irnexxielhom jagħmlu run oħra ta’ 14-0 b’punti ta’ Miguel Gauchi Montaldo, Patus u Vella fost l-oħrajn għal skor ta’ 71-30. L-aħħar sessjoni kienet l-aktar waħda bilanċjata bid-Depiro jagħqqdu run ta’ 10-2 bi trippla ta’ Timothy Zammit. Depiro kellhom il-punti ta’ Patus u Naudi flimkien ma’ Vella biex baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u rebħu l-partita 96-53.

AtoZ Electronics Athleta: M. Naudi 22, R. Vella 16, C. Patus 21, A. Aquilina 14, M. G. Montaldo 6, O. Said 15, M. Gouder 2, I. Tanti.

Pavi Depiro: J. Attard, D. Farrugia, D. Schembri 2, R. Rizzo 7, T. Zammit 3, N. Grech 2, M. Todorovic 31, R. Zammit, S. Zammit 8, M. Borg, R. Grima.

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri.





Leave a comment