Rebħiet importanti għal Siġġiewi u Floriana u l-ewwel rebħa ta’ Depiro

Monday, February 16, 2015, 20:57

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

minn Colin Schembri

Floriana Cafè Del Mar 70

Cynergi Virtus 65

(22-22)(19-12)(16-12)(13-19)

Floriana Cafè Del Mar għelbu lil Cynergi Virtus għall-ewwel darba dan l-istaġun meta fil-partita mit-tieni round ħarġu rebbieħa 70-65 u żammew posthom fil-postijiet ta’ fuq tal-klassifika. Virtus għaddejin minn fażi diffiċli fejn tilfu l-aħħar tlett partiti tagħhom u jidher li moralment ħassew it-telfa fil-finali tan-Knock-out fejn huma tilfu wkoll lil Peter Shoults li mistenni jitlef diversi ġimgħat. Floriana minn naħa l-oħra huma b’moral għoli u rebħu tlieta mill-aħħar erba’ partiti tagħhom. Għalijhom kien hemm ir-ritorn ta’ David Agius fil-waqt li Virtus minbarra lil Shoults kellhom nieqsa wkoll lil Thomas Grech u Miguel Falzon. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn iż-żewġ timijiet bdew tajjeb bil-Virtus ikollhom it-trippli minn Mike Breusewitz, Shawn Pace u David Bugeja. Floriana kellhom il-punti ta’ Mark Henniger flimkien ma’ trippla ta’ Lee Ross u ħadu l-vantaġġ 16-13. Robert Bonnici wieġeb bi trippla għal Virtus bi Floriana jirrispondu permezz ta’ Nikola Vasovic u Ross u s-sessjoni ntemmet f’parita 22-22. Fit-tieni perjodu, Floriana fetħu tajjeb u b’basket minn David Camilleri bdew run ta’ 8-2. Graham Coleiro u Bugeja wieġbu għal Virtus b’Vasovic jikseb trippla għal Floriana. Wara punti minn Pace u Breusewitz, Floriana kellhom run oħra ta’ 8-2 biex daħlu jistrieħu 41-34 minn fuq.

Fit-tielet perjodu, Floriana żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Henniger u Vasovic. Breusewitz kellhu tlett baskets konsekuttivi għal Virtus però Henniger ukoll irrisponda għal Floriana. Breusewitz, li għamel il-punti kollha ta’ Virtus f’din is-sessjoni, kellhu trippla però Floriana żiedu l-vantaġġ wara l-baskets ta’ Clayton Calleja. Breusewitz għamel threepointer ieħor biex l-aħħar sessjoni bdiet bi Floriana fuq quddiem 70-65. Hawn Virtus għamlu sforz aħħari u bi trippla ta’ Bugeja flimkien ma’ Breusewitz u Pace kellhom run ta’ 10-0 u naqqsu d-distakk għal punt 56-57. Wara basket fuq kull naħa, kienu Floriana li għaddew minn mument tajjeb bi tmien punti mingħajr risposta ta’ Henniger u Vasovic. Ivan Buldakov għamel trippla għal Virtus però Floriana baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex rebħu l-partita 70-65.

Floriana Cafe Del Mar: M. Henniger 28, D. Camilleri 2, N. Sultana, S. Borg, L. Ross 11, N. Vasovic 23, C. Calleja 4, D. Schembri 2, S. Detemmermann, O. Shamala, D. Agius.

Cynergi Virtus: S. Pace 9, D. Bugeja 16, R. Bonnici 5, M. Bruesewitz 28, A. Felice Pace, A. Axiaq 2, I. Buldakov 3, G. Coleiro 2, F. Bartolo.

Referees:Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

AtoZ Electronics Athleta 67

Remax Citadel Siġġiewi 80

(10-23)(13-22)(12-7)(32-28)

Remax Siġġiewi Citadel issorprendew lic-champions Atoz Electronics Athleta u kisbu rebħa mportanti li kompliet tiftaħ beraħ il-klassifika u l-ġlieda għal post fil-play-offs. Siġġiewi kellhom nieqsa lil Marco Matijevic u JP Antoncic u l-coach Ray Muscat uża biss sitt players f’dan il-konfront. Athleta tilfu lil Michael Naudi wara biss ħames minuti u kienu inqas reattivi mis-soltu. Wara li Patus fetaħ il-partita favur Athleta, Siġġiewi bdew jirrispondu bil-punti ta’ Adrian Micallef u Rashanti Harris. Athleta kellhom it-trippli minn Roderick Vella u Omar Said biex ħadu l-vantaġġ għall-aħħar darba fil-partita 10-8. Hawn Siġġiewi għamlu run ta’ 15-0 b’aktar punti minn Micallef u Harris flmkien ma’ Steve Sammut u Billy Zammit b’dan tal-aħħar ikollhu trippla għal skor ta’ 23-10. Siġġiewi fetħu t-tieni sessjoni bi break ieħor ta’ 9-2 bit-tieni trippla ta’ Zammit. Għall-Athleta kien hemm it-three pointers minn Said però Siġġiewi rrispondew bil-punti ta’ Micallef. Wara trippla oħra ta’ Said, Siġġiewi komplew bi break ieħor ta’ 8-2 bi tlett baskets ta’ Harris biex daħlu jistrieħu 45-23 minn fuq.

Athleta fetħu t-tieni taqsima b’basket ta’ Andrew Aquilina però Siġġiewi komplew iżidu l-vantaġġ wara baskets minn Sammut u Malcolm Mallia u fetħu vantaġġ doppju 52-26. Hawn Athleta, jew aħjar Patus, finalment bdew jirrispondu tant li għamel disa’ punti mingħajr risposta fosthom trippla u naqqsu d-distakk 35-52. Fl-aħħar perjodu, Athleta kellhom sensiela ta’ three pointers, 3 minn Vella, 3 oħra minn Andrew Aquilina, 2 ta’ Said u ieħor ta’ Patus. Huma naqqsu d-distakk għal 12 –il punt. Siġġiewi wkoll kellhom it-trippli tagħhom minn Zammit u Sammut biex żammew lil Athleta ‘l bogħod. Il-partita ntemmet bil-punti ta’ Siġġiewi minn Sammut u t-three pointers tal-Athleta minn Vella u Said però kienu Siġġiewi li rebħu l-partita 80-67.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi, R. Vella 16, F. Mifsud Bonnici, C. Patus 22, A. Aquilina 11, M. G. Montaldo, O. Said 18, M. Gouder, I. Tanti.

Remax Citadel Siġġiewi: B. Zammit 18, S. Sammut 19, B. Bartolo, R. Carabott, A. Micallef 16, M. Casar, R. Harris 22, M. Mallia 5.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

Pavi Depiro 82

Bupa Luxol 74

(20-16)(19-17)(19-19)(24-22)

Pavi Depiro kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun kontra Bupa Luxol 82-74. Kien sforz kollettiv miż-żgħażagħ ta’ Gabriele Alesse u anke l-veteran Sassoun Saakian kellhom prestazzjoni mill-aqwa flimkien mas-saħħa ta’ Marco Todorovic. Luxol issa tilfu r-raba’ post għal Siggiewi wara rebħa ta’ dawn tal-aħħar kontra Athleta fil-logħba preċedenti. L-iskor kien għoli fl-ewwel minuti tal-logħba bil-punti bdew ġejjin fuq kull naħa. Depiro fetħu b’żewġ trippli minn Timothy Zammit u baskets minn Todorovic. Luxol wieġbu b’punti minn Thomas Staton u trippla ta’ CJ Cordina li tawhom vantaġġ ta’ punt 13-12. Depiro kellhom punti minn Saakian, Todorovic u Kurt Xuereb biex temmew is-sessjoni fuq quddiem 20-16. Fit-tieni perjodu, Depiro kellhom 3 three pointers konsekuttivi minn Samuel u Timothy Zammit u Xuereb biex żiedu l-vantaġġ għal 11-il punt 31-20. Luxol kellhom il-punti tagħhom li ġew partikolarment minn Staton madankollu Depiro reġgħu irrispondew mill-aħwa Zammit u daħlu jistrieħu fuq quddiem 39-33.

It-tielet perjodu kien bilanċjat ħafna biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin. Depiro żammew vantaġġ ta’ sitt punti 50-44 fis-6 minuta wara trippla oħra minn Xuereb. Luxol resqu viċin għal diversi drabi wara punti minn Jean Paul Bonnici u Staton iżda Depiro kienu għadhom sitt punti fuq quddiem 58-52 fi tmiem is-sessjoni. Luxol finalment irnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs fil-bidu tar-raba’ sessjoni 60-60. Madankollu Depiro baqgħu kalmi u wieġbu bi break ta’ 7-0 run inkluż trippla minn Saakian. Luxol għaġġlu biex iwieġbu imma dawn kienu erratiċi fis-shooting tagħhom u Depiro għamlu run oħra ta’ 11-2 hekk kif huma ssiġillaw ir-rebħa 82-74.

Pavi Depiro: J. Attard 2, D. Schembri, T. Zammit 14, M. Todorovic 31, S. Zammit 6, K. Xuereb 11, M. Borg 3, S. Saakian 15.

Bupa Luxol: CJ Cordina 11, A. Portelli 6, J. Willoughby, JP Schembri 3, S. Visser, T.Staton 32, A. Micallef Trigona, JP Bonnici 18, S. Capello 4.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
AtoZ Electronics Athleta

7

5

2

12

593

503

Virtus Basket

7

4

3

11

517

478

Floriana Cafe Del Mar

7

4

3

11

572

539

Remax Siġġiewi Citadel

7

4

3

11

469

490

Bupa Luxol

7

3

4

10

517

537

Pavi Depiro

7

1

6

8

487

608





Leave a comment