Rebħiet għal Pavi Depiro u Honey Athleta fit-tieni ġurnata

Monday, October 20, 2014, 20:51

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

Pavi Depiro 56

Caffè Moak Luxol 42

(16-10)(11-8)(8-10)(21-14)

Fl-ewwel dehra tagħhom fis-St.James Hospital Shield Pavi Depiro kisbu rebħa mportanti kontra Caffè Moak Luxol 56-42. Luxol kellhom jagħddu mingħajr l-Amerikana Laekitha Alston. Depiro bdew bil-punti ta’ Siarre Evans fosthom three pointer però Luxol kellhom il-punti minn Joselle Borg Cardona u Steffi De Martino. Hawn Depiro kellhom run sabiħa ta’ 11-0 b’aktar punti minn Evans, Samantha Brincat u Maria Bonett biex marru 16-4 minn fuq. Fl-aħħar minuta, Luxol irnnexxielhom jagħmlu sitt punti oħra minn Cardona u De Martino għal skor ta’ 16-10. Fit-tieni taqsima Depiro żiedu l-vantaġġ bi trippla oħra ta’ Evans fi break ta’ 11-2 u fetħu distakk ta’ 13 –il punt 27-14. Sa’ tmiem is-sessjoni, Luxol għamlu erba’ punti minn Christine Curmi għal skor ta’ 27-18.

Wara l-intervall, Luxol kellhom mument tajjeb ħafna bi break ta’ 8-0 fl-ewwel seba’ minuti b’żewġ baskets ta’ Monique Caruana fost l-oħrajn. Depiro waqqfu din ir-run bi three pointers minn Tina Mifsud u Bonett biex baqgħu sebgħa minn fuq 35-28. Basket minn Martina Darmanin ra lil Luxol inaqqsu d-distakk għal 5 punti però Depiro kellhom tlett three pointers minn Gaby Mifsud, Brincat u Bonett u fetħu vantaġġ ta’ 12 –il punt 44-32. Depiro komplew jikkontrollaw il-partita b’żewġ trippli ta’ Brincat u serrħu rashom mir-riżultat u rebħu l-partita 56-42.

Pavi Depiro: A. Mifsud 2, G. Mifsud 5, R. Calleja, S. Brincat 15, M. Bonett 12, N. Agius, M. Mifsud 3, A. Borg, S. Evans 17, S. Micallef 2, C. Ciantar.

Caffè Moak Luxol: M. Caruana 7, B. Zammit, O. Visser, I. Medina 2,  S. De Martino 8, K. Portelli, J. Borg Cardona 17, P. Ellul 2, M. Darmanin 3, C. Curmi 3.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

DHL Phoenix 25

Honey Athleta 61

(8-19)(5-17)(5-19)(7-6)

Honey Athleta rkupraw mit-telfa kontra Hibs meta għelbu lil DHL Phoenix 61-25 f’partita li fiha l-coach Ruth Spiteri tat ħin fuq il-court lil players kollha. Athleta kienu 7-1 minn fuq sa’ nofs l-ewwel sessjoni wara trippla minn Leanne Sciberras. Phoenix kellhom il-punti ta’ Nicola Said u Adriana Demanuele bl-Athleta jirrispondu permezz ta’ Amelia Simmons u Francesca Farrugia biex temmew it-taqsima 19-8 minn fuq.  Athleta bdew it-tieni taqsima b’run ta’ 9-0 b’aktar punti minn Simmons u Sciberras. Phoenix kellhom trippla minn Guliana Torpiano bl-Athleta jagħlqu bil-baskets ta’ Raissa Sciberras u Denise Said Hollier għal skor ta’ 36-13.

Wara l-inervall Athleta bdew b’basket ta’ Marusca Azzopardi Duca qabel ma Phoenix għamlu l-uniċi punti tagħhom bi trippla ta’ Said u basket minn Demanuele. Minn hemm ‘l quddiem ġew biss il-punti tal-Athleta bi 17 –il punt konsekuttiv minn Simmons, Lonneke Cassar u Emma Moore fost l-oħrajn. Fl-aħħar taqsima r-ritmu naqas drastikament bl-Athleta jagħmlu żewġ baskets minn Sciberras u Said Hollier. Phoenix kellhom żewġ baskets minn Martha Gatt u Torpiano flimkien ma’ trippla ta’ Francesca Sant biex Athleta rebħu 61-25.

DHL Phoenix: Y. Agius, N. Said 8, M. Gatt 2, F. Sant 4, G. Torpiano 5, A. Demanuele 6, F. Camilleri, C. Scicluna, J. Millo.

Honey Athleta: E. Moore 2, L. Sciberras 10, S. Vella 3, L. Cassar 4, M. Azzopardi Duca 2, D. Said Hollier 6, A. Simmons 28, R. Sciberras 2, F. Farrugia 4, C. Mifsud.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara.





Leave a comment