Rebħiet għal Again Madrik u Eragon Tege misjuqa minn Clint Vassallo

Tuesday, October 2, 2018, 11:19

Nhar il-Ħadd li għadda fil-Korsa tal-Marsa sar it-42 meeting tal-istaġun li kien jikkonsisti fi tmien tiġrijiet tat-trot fuq distanza ta’ 2640m. It-tiġrija tal-Premier reġgħet rat rebħa oħra għaż-żiemel Again Madrik misjuq minn Clint Vassallo li aktar qabel kien ukoll ħareġ rebbieħ biż-żiemel Eragon Tege fi Klassi Copper.

Rodney Gatt ukoll rebaħ żewġ tiġrijiet fi Klassi Bronze bit-tieni rebħa konsekuttiva għal Faro Sue Heikant u d-debba Maryland fi Klassi Silver li kienet qed tirreġistra l-ewwel rebħa tagħha f’Malta.

Azur misjuq minn sidu Chris Vassallo fi Klassi Silver u As de Coeur misjuq minn Noel Baldacchino fi Klassi Bronze irreġistra l-ewwel rebħa tagħhom f’Malta.

Klassi Silver Vorco du Vif misjuq minn Andrew Farrugia irreġistra t-tieni rebħa tal-istaġun filwaqt li Tirana C.N. misjuqa minn Mario Farrugia rebħet għall-ewwel darba din is-sena fi Klassi Bronze.

Il-programm ta’ tiġrijiet li jmiss issa jkun il-Ġimgħa filgħaxija.





Leave a comment