Rebha storika ghal Noel Baldacchino

Saturday, August 19, 2017, 18:48

Hekk kif matul dan il-lejl kompla l-Kampjonat Dinji ghas-Sewwieqa bis-Serkin, Noel Baldacchino sar l-ewwel sewwieq Malti li mhux talli ikkompeta izda anke rebah wahda mit-tigrijiet ta’ dan il-Kampjonat.
Wara l-gurnata pozittiva li kellu l-bierah, l-affarijiet dehru li mhux se jkunu l-istess hekk kif fl-ewwel 3 tigrijiet kellu jikkuntenta biss bis-6 post u darbtejn fid-9 post. Il-pressjoni fuq il-kompetituri issa qed tinhass sew u tirrifletti fil-mod tas-sewqan aggressiv hekk kif kulhadd qed jipprova jakkwista l-massimu minn kull tigrija. Fl-ahhar tigrija tal-llum Noel Baldacchino saq tigrija perfetta biex hareg rebbieh biz-ziemel Tidewater Tomahawk. It-18 il-punt tar-rebha kienu bizzejjed biex ipogguh issa fil-5 post tal-klassifika generali b’total ta’ 120 punt.
Issa is-sewwieqa illum ghandhom gurnata ta’ mistrieh hekk kif minn Quebec imorru Prince Edward Island sabiex il-Gimgha isuqu l-ahhar 4 tigrijiet fir-Red Shores Racetrack & Casino.





Leave a comment