Rebħa storika għal Malta fil-Beach Handball kontra l-Albanija

Wednesday, September 2, 2015, 18:34

Gavin Muscat

1st Mediterranean Beach Games – Pescara 2015

It-tim Nazzjonali Malti tal-Beach Handball immexxi minn Ian Psaila kiseb rebħa storika u post fil-kwarti tal-finali wara li għeleb bl-iskor ta’ 2 – 0 lill-Albanija. Wara li t-tim Malti kien temm l-impenji fi Grupp B bit-telfa ta’ 2 – 0 kontra l-Greċja, fil-ħames dehra tiegħu fl-ewwel edizzjoni tal-Mediterranean Beach Games, it-tim Malti ddomina għal kollox lil avversarji. Mir-rebħa ta’ 20 – 9 fl-ewwel partita, it-tieni waħda kienet wkoll dominata mit-tim Malti li rebaħ 15 – 9.

Ġustifikat is-sodisfazzjon tal-kontinġent Malti f’Pescara fejn David Azzopardi bħala chef-de-mission ikkummenta illi ‘ din ir-rebħa hija konferma tal-progress li t-tim Malti wettaq f’din l-ewwel esperjenza internazzjonali u hija wkoll konferma tal-potenzjal li hemm fi ħdan it-tim. B’aktar investiment f’dan is-settur dan l-isport u sport ieħor ipprattikat f’Pescara jista’ jiżviluppa ferm aktar ’ .

Eventwalment fil-kwarti tal-finali t-tim Malti tilef 0 – 2 kontra t-Turkija.

L-Erbgħa 2 ta’ Settembru jidħol fl-azzjoni it-tim nazzjonali tal-Beach Soccer immexxi mill-kowċ Massimiliano deCelis. It-tim Malti jiftaħ l-impenji kontra l-Marokk wara illi l-bieraħ kellu partita ta’ ħbiberija kontra l-Lebanon.

Il-koppja tal-Beach Volley Alison Borg u Thais Gatt immexxija minn Aaron Stivala fetħu l-impenji bl-ewwel partita kontra t-Turkija b’telfa ta’ 0 – 3  (13 – 21 ; 7 – 21 ). Malta tilgħab kontra l-Greċja l-Erbgħa filgħodu.

Il-logħba Malta vs Albanija:  https://www.youtube.com/watch?v=4oVPhG8J7iA

The Maltese Beach Handball Team after their victory against Albania

Beach Soccer- Malta vs Lebanon





Leave a comment