Rebħa storika għal Hibernians FC Futsal

Sunday, September 1, 2013, 14:00

minn Stephen Azzopardi

Boicho Marev, Georgi Grasimov u David Bobokhidze kienu l-protagonisti fir-rebħa li Hibernians għamlu fuq id-Daniżi ta’ Gentofte.

Wara biss 33 sekonda Boicho Marev fetaħ l-iskor għal Hibernians.  Fil-15 -il minuta u 26 sekonda Georgi Gerasimov għamilhom 2-0.  Fit-tieni taqsima kellna tliet gowls oħra.  Fit-28 minuta u 20 sekonda Gentafte jnaqqsu d-distakk permezz ta’ Kevin Jorgensen.  Wara ħafna ċansijiet minn kull naħa Gentofte ġabu d-dro fit-32 minuta u 56 sekonda permezz ta’ Antucho Espinosa.  Hibs mill-ewwel irrispondew għaliex fis-36 minuta u 48 sekonda, David Bobokhidze skurja l-gowl li ta r-rebħa storika lil Hibernians.
B’din ir-rebħa Hibernians għalqu din l-avventura fil-Finlandja fuq nota pożitiva.  Għalhekk minn Grupp G tal-preliminari tal-UEFA Futsal Cup, Hamburg Panthers ħadu seba’ punti minn żewġ rebħiet u dro; Hibernians kellhom telfa, dro u rebħa u akkwistaw erba’ punti; Gentofte rebħu logħba waħda biss u ħadu tliet punti; Ilves ħadu żewġ punti minn żewġ dros.




Leave a comment