Rebħa oħra għal Vittoriosa Stars

Tuesday, October 1, 2013, 9:46
minn Stephen Azzopardi
Wara Qormi issa kien imiss lil Rabat Ajax li jieħdu telfa mingħand il-Ġirbin. B’din ir-rebħa Vittoriosa sabu posthom fis-sitt post u Rabat baqgħu mwaħħlin bla punti fil-qiegħ tal-klassifika.
Rabat kellhom neqsin lil Joseph Caruana u Malcolm Licari filwaqt li għal Vittoriosa kien hemm neqsin Luke Vella Critien, Sheldon Grech u Roberto Brincat.
Vittoriosa kienu qrib li jiftħu l-iskor minn kmieni meta fit-raba’ minuta Marcelo Pereira approfitta ruħu minn żball ta’ Shaun Gauci iżda kien l-istess difensur Rabti li salva minn fuq il-linja.
Ħames minuti wara, kien għal darb’oħra Marcelo Pereira li bil-ġirja tiegħu fuq il-lemin ġab waħdu lil Oscar Guerrero li mill-vicin laqat il-ballun u fetaħ l-iskor għal Vittoriosa Stars.
Fis-26 minuta minn fuq daqqa ta’ ras ta’ Gilbert Martin, Velimirovic tefa’ f’corner.  Żewġ minuti biss wara, xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Marcelo Pereira għadda barra.  Fit-34 minuta reġa’ kien Pereira li sab lil Velimirovic isalva f’corner.
Fid-59 minuta, ċans għal Rabat meta Diego Carrillo Pendaz ra x-xutt tiegħu li għadda bi ftit barra.  Ftit tal-mumenti wara fuq in-naħa l-oħra, Pereira ra x-xutt tiegħu mxellef għal corner.
Fis-77 minuta, daqqa ta’ ras tal-plejer Rabti Patrick Borg ġiet maqlugħa minn fuq il-linja għal corner.  Minn dan l-istess corner, daqqa ta’ ras ta’  Ryan Micallef b’Jean Matthias Vella isalva.  Minuta wara, Adam Smeir ra t-tentattiv tiegħu jmur f’corner.
Kienu sfortunati r-Rabtin meta fit-84 minuta Ryan Micallef laqat il-mimduda.  Fil-ħin miżjud xutt b’saħħtu ta’ Adam Smeir gie milqugħ f’corner mill-gowler ta’ Vittoriosa.  Mill-istess corner, daqqa ta’ ras ta’ Moises Avila Perez u l-ballun mar barra.
VITTORIOSA STARS: Jean Matthias Vella, Malcolm Buttigieg (77′ Clive Brincat), Gilbert Martin (63′ Mark Barbara), Oscar Dario Guerrero Alvarado, Clive Spiteri, Michael Camilleri, Marcio Teruel, Ramon dos Santos, Marcelo Pereira, Jose Filipe Aguiar (56′ Adam Spiteri), Samir Arab.
Riservi mhux utilzzati: Matthew Camilleri, Justin Camilleri, Ryan Mifsud, Siraj Arab Eddin.
Kowċ: Oliver Spiteri
RABAT: Pavle Velimirovic, Dylan Falzon, Shaun Gauci, Josef Tonna (46′ Moises Avila Perez), Ivan Carapic, Patrick Borg, Diego Carrillo Pendas, Daniel Pelaez Bellido, Jonathan Bajada (59′ Ryan Micallef), Adam Smeir, David Azzopardi.
Riservi mhux utilzzati: Jonathan Azzopardi, Clifford Gauci, Aidan Azzopardi, Etienne Scicluna, Zachary Tanti.
Kowċ: Steve D’Amato
Referee: Kevin Azzopardi
Assistenti Referees: Duncan Sultana, Roberto Vella
Ir-Raba’ Ufficjal: Paul Caruana
Karti Sofor: O. Guerrero, D. Carrillo, M. Teruel, C. Spiteri, R. Micallef, P. Borg
Skurja: 9′ Oscar Guerrero
BOV Plejer tal-logħba: Marcelo Pereira




Leave a comment