- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Rebħa oħra għal Valletta FC Futsal fil-Maċedonja

Posted By Sportinmalta On August 31, 2018 @ 9:39 am In Featured,Futsal | No Comments

Rebħa oħra tajba għal Valletta FC Futsal, meta għelbu lt-tim Irlandiż ta’ Futsamba Naas bl-iskor ta’ 5-0.

Valletta għal darb’oħra marru kmieni fil-vantaġġ, preċiżament fit-tielet minuta u reġa’ kien Murtaz Kakabadze b’xutt mid-distanza. Ħames minuti wara kien it-Taljan Denis Di Maio li rdoppja l-iskor u minuta biss wara Ninoslav Aleksic għamilhom 3-0.

Fit-tieni taqsima l-Beltin komplew iżidu aktar gowls, b’kontrattakk ta’ Camillo Gomez fis-27 minuta. Fit-38 minuta Aleksic b’xutt fil-baxx issiġilla doppjetta personali u għamel l-iskor finali 5-0 għall-Beltin.

Din ir-rebħa filwaqt li tkompli timla lill-Beltin bl-entużjażmu, titlob minnhom aktar attenzjoni u determinazzjoni, hekk kif nhar is-Sibt jaffrontaw lit-tim ospitant ta’ Veles. Veles bħal Valletta rebħu wkoll l-ewwel żewġ logħbiet tagħhom u għalhekk xi ħadd minnhom irid joħroġ rebbieħ u jgħaddi għar-rawnd li jmiss.

Valletta kontra Veles tibda fit-8:00pm fil-Jane Sandanski Arena ta’ Skopje, fil-Maċedonja.

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/rebha-ohra-ghal-valletta-fc-futsal-fil-macedonja/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.