- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Rebħa oħra għal Starlites wara l-ħin barrani u Phoenix lura għar-rebħ

Posted By sportinmalta1 On February 8, 2016 @ 6:06 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

St. Nicholas Suns 38

Phoenix Frank Salt 73

(5-19)(9-15)(12-21)(12-18)

Phoenix Frank Salt irritronaw għar-rebħ wara ħames telfiet konsekuttivi meta kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fuq St. Nicholas Suns dan l-istaġun. Għal Suns kompla jikber in-numru ta’ players neqsin għaliex kien nieqes ukoll Brent Liebe. Phoenix irkupraw lil Marko Vucinic però kienu nieqsa Karl Borg u Florian Gloechner. Kienu Suns li għamlu l-ewwel żewġ baskets tal-logħba minn Hubert Agius u Keith Scicluna. Hawn iżda Phoenix irrispondew b’run ta’ 13 –il punt mingħajr risposta fosthom trippla minn Andres Toompere u l-baskets ta’ Jonathan Ransley. Suns wieġbu biss bi free-throw qabel ma Phoenix għamlu sitt punti oħra biex għalqu s-sessjoni 19-5 minn fuq. Ir-risposta ta’ Suns ma waslitx lanqas fit-tieni sessjoni hekk kif Phoenix kellhom żewġ breaks qosra ta’ 9-0 u 6-0. Bejniethom Suns kellhom tripla ta’ Michael Barberi però fl-intervall Phoenix kienu 20 minn fuq 34-14.

Fit-tielet sessjoni Suns kellhom il-punti ta’ Agius għalkemm Phoenix ma damux biex irrispondew b’seba’ punti konsekuttivi minn Luke Azzopardi u Ransley. Barberi għamel trippla oħra però Phoenix għamlu run oħra ta’ 10-0 b’żewġ three pointers ta’ Vucinic għal skor ta’ 55-26. Phoenix kienu aċċertati mir-rebħa u l-aħħar taqsima kienet biss formalita fejn huma bdewha b’run oħra ta’ 10-2 hekk kif Suns kienu f’diffikulta kbira u kien biss lejn tmiem il-partita li naqqsu xi ftit id-distakk però Phoenix ħadu r-rebħa 73-38.

St. Nicholas Suns: G. Cutajar, S. Borg 2, K. Scicluna 8, H. Agius 19, M. Barberi 9, J.P. Antoncic, R. Camilleri, R. Camilleri.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 9, G. Micallef, D. Pisani, R. Curmi 2, M. Vucinic 12, C. Camenzuli 5, C. Briffa 19, D. Massa 2, J. Ransley 17, A. Toompere 7.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Mellieħa Mr. Green 78

Starlites 81

(16-14)(15-21)(17-17)(18-14)(12-15)

Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva, Starlites kellhom jistennew sal-ħin barrani biex jiksbu s-seba’ rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Mellieħa Mr. Green 81-78 f’partita mill-isbaħ. Ironikament, fl-ewwel round ukoll kien meħtieġ il-ħin barrani biex Starlites ħadu r-rebħa. Mellieħa reġa’ kellhom nieqes lil Clint Grixti u kienu wkoll mingħajr Ian Terribile. Starlites kellhom nieqsa lil Chris Doublet u Alex Cutajar. Fl-ewwel sessjoni kienu Miguel Falzon li għamel kważi l-punti kollha ta’ Starlites b’sitt baskets. Il-logħob kien maqsum u Mellieħa kellhom trippla minn Matthew Cauchi u l-punti ta’ Bernard Soler u Steve Sammut biex għalqu s-sessjoni basket minn fuq 16-14. Fit-tieni perjodu, Mellieħa kabbru l-vantaġġ speċjalment permezz ta’ Daniele Miani li kellhu diversi offensive rebounds u marru 26-18 minn fuq. Startlies però malajr irrispondew bi break ta’ 10-0 li temmewh bi trippla ta’ Alec Felice Pace. Wara baskets fuq kull naħa, Felice Pace kellhu trippla oħra biex Starlites daħlu jistrieħu 35-31 minn fuq.

Wara l-intervall il-logħob baqa’ jkun maqsum biż-żewġ timijiet kontinwament viċin ta’ xulxin. Starlites irnexxielhom ikbarru l-vantaġġ għal seba’ punti wara punti minn Ivan Mitrovic però Bernard Soler u Robert Loporto bi trippla wieġbu għal Mellieħa u fi tmiem is-sessjoni l-vantaġġ ta’ Starlites kien ta’ erba’ punti 52-48. Fl-aħħar taqsima, Mellieħa ġabu l-iskor indaqs wara punti konsekuttivi minn Loporto. Starlites wieġbu bil-baskets ta’ Thomas Grech u Mitrovic iżda Mellieħa reġgħu ġew lura bi three pointers minn Loporto u Sammut għal skor ta’ 63-63. Sa’ tmiem is-sessjoni l-ebda team ma rnexxielu jieħu vantaġġ rebbieħ u l-partita kellha tmur għal ħin barrani. Din is-sessjoni fetħet b’żewġ three pointers fuq kull naħa minn Sammut u Felice Pace. Starlites fetħu distakk ta’ 5 punti wara basket ta’ Grech bil-Mellieħa jitħabtu u jaslu sa’ punt ‘l bogħod. Hawn waslu free-throws konsekuttivi ta’ Mitrovic biex Starlites ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 81-78.

 

Mellieħa Mr. Green: M. Farrugia, S. Sammut 28, R. Loporto 22, B. Aquilina 1, D. Miani 8, E. Lupo 8, M. Cauchi 5 , B. Soler 6, P. Magro.

Starlites: A. Schembri 4, L. Vella , C. Schembri 4,  M. Falzon 29, A. Felice Pace 20, I. Mitrovic 14, Q. Bugeja, T. Grech 10.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites

7

7

0

14

526

469

Athleta

7

4

3

11

429

435

Mellieħa Mr. Green

7

4

3

11

474

433

Phoenix Frank Salt

8

2

6

10

482

514

St. Nicholas Suns

7

1

6

8

366

426


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/rebha-ohra-ghal-starlites-wara-l-hin-barrani-u-phoenix-lura-ghar-rebh/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.