Rebħa oħra b’punt tpoġġi lil Alyssa Ashley Loyola fuq quddiem

Wednesday, May 2, 2012, 9:43

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA – Finali 3          

  

Luxol 56

Alyssa Ashley Loyola 57

(12-9)(19-12)(11-16)(14-20)

 

Luxol vs Loyola

Luxol vs Loyola

Desarae Johnson għal darb’oħra għamlet l-aħħar basket tal-partita fl-aħħar 22 sekonda biex Alyssa Ashley Loyola reġgħu għelbu lil Luxol 56-57 biex marru 2-1 minn fuq fis-serje finali tal-kampjonat. Fir-raba’ partita li tintlagħab il-Ħadd 6 ta’ Mejju fit-tlieta neqsin kwart rebħa minn Loyola tagħtijhom il-kampjonat fil-waqt li rebħa ta’ Luxol tisforza l-ħames partita l-Ħadd ta’ wara. Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ b’baskets ta’ Sarah Pace u Mandi Sciortino. Wara ħin bla baskets, Beverlee Zammit żiedet il-vantaġġ ta’ Luxol bil-Loyola jwieġbu bi break ta’ 6-2 biex resqu punt ‘l bogħod 7-8. Luxol reġgħu wieġbu b’baskets minn Greta Zarb u Sciortino u temmew is-sessjoni 12-9 minn fuq wara li Christina Grima għamlet żewġ freethrows. Fit-tieni sessjoni Luxol komplew ikabbru d-distakk mil-avversarji wara trippli ta’ Pace u Zarb. Johnson wieġbet għal Loyola, pero’ Luxol għamlu run ta’ 9-0 biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 27-17. Wara żewġ baskets ta’ Grima, Sciortino u Becky Naudi għalqu s-sessjoni għal Luxol fuq skor ta’ 31-21.

It-tielet sessjoni fetħet b’żewġ baskets fuq kull naħa biex id-distakk ma nbidilx wara l-ewwel tlett minuti. Hawn Loyola għamlu sitt punti konsekuttivi pero Naudi u Zammit bi trippla reġgħu wieġbu għal Luxol. Grima għamlet il-freethrows għal Loyola pero’ Luxol baqgħu minn fuq fi tmiem is-sessjoni 42-37. Fl-aħħar sessjoni Loyola dawwru l-iskor wara żewġ minuti fl-aħħar perjodu b’punti minn Grima u Emma Moore. Luxol reġgħu ħadu l-vantaġġ wara baskets minn Robin Murphy u trippla ta’ Zammit 49-45. Hawn il-partita kompliet tisbieħ hekk kif Loyola reġgħu ppareġjaw permezz ta’ Grima u Johnson. Fid-disa’ minuta Loyola marru minn fuq b’4 punti ta’ Grima 55-51. Luxol ma ċedewx u punti ta’ Murphy minn fuq il-freethrow line u basket tawhom vantaġġ 56-55. Kien għad fadal attakk ta’ Loyola u Johnson reġgħet għamlet basket biex tathom il-vantaġġ 57-56. Luxol kellhom 22 sekonda biex isalvaw il-partita pero’ minkejja tlett tentattivi ma rnexxielhomx jiskurjaw il-basket tar-rebħa biex Loyola ħarġu rebbieħa 57-56.

 

Luxol: S. Pace 8, M. Sciortino 10, C. Medina, B. Naudi 6, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 5, P.Ellul, R. Murphy 18, D. Muscat 1, A. Paul, B. Zammit 8.

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 4, C. Grima 29, J. Doughty 2, D. Hollier, K. Tonna 2, A. Bonanno, J. Mangion, A. Sciberras, S.J. Barbara 4, D. Johnson 16.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Alfred Carbonaro.

 

Statistika…

 

Luxol

 

Free throws – 11on 19

Baskets – 15 on 46

Three pointers – 5 on 13

Rebounds – 44

Assists – 10

Turnovers – 21

Steals – 10

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 14

 

Loyola

 

Free throws – 13 on 19

Baskets – 22 on 55

Three pointers – 0 on 2

Rebounds – 41

Assists – 9

Turnovers – 22

Steals – 12

Fouls Suffered – 14

Fouls Made – 17

 

 





1 Comment

  1. louis mizzi says:

    Well done Johnson….but.i am sure that others in the team did their utmost as well. Still a long way to go to take your championship trophy home.

    [Reply]

Leave a comment