Rebħa mportanti għal Starlites GIG fil-ftuħ tal-aħħar round

Monday, March 9, 2020, 22:38

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Hibernians 77

Starlites GIG 89

(13-25)(15-27)(23-16)(26-21)

Starlites GIG kisbu rebħa oħra f’konfront importanti fin-naħa ta’ fuq meta għelbu lil Hibernians 89-77 u żammew l-ewwel post tal-klassifika. Starlites komplew isaħħu l-iskwadra tagħhom bl-introduzzjoni tat-tielet Amerikan, Travis Mcconico fil-waqt li Hibs tilfu lil Ivan Demcesen b’injury li tista’ tħallieh barra għal numru ta’ ġimgħat. Il-partita kellha bidu bilanċjat bi trippla fuq kull naħa minn Chandler Rowe u Robert Ahearn. Starlites kellhom il-punti ta’ Robert Bonnici u Konor Kulas bil-Hibs jwieġbu permezz ta’ David Bugeja u Nikola Vasovic. Hawn Starlites għamlu l-ewwel run ta’ 11-0 bi trippla ta’ Matthew Scerri flimkien ma’ Ryan Carabott u Kulas biex temmew l-ewwel taqsima 25-13 minn fuq. Fit-tieni taqsima Starlites fetħu bi trippla ta’ Bonnici bil-Hibs jippruvaw jirkupraw bil-punti ta’ Hardy u Vasovic u trippli minn Rowe u Luke Farrugia. Huma naqqsu d-distakk għal 11 -il punt qabel ma Starlites reġgħu għamlu run oħra ta’ 13-0 b’żewġ trippli ta’ Kulas flimkien mal-ewwel punti ta’ Mcconico u fetħu vantaġġ doppju 48-24. Sal-intervall kien hemm punti fuq kull naħa biex Starlites daħlu jistrieħu b’vantaġġ komdu 52-28.

Fit-tielet taqsima  kien hemm tentattiv ta’ reazzjoni mill-Pawlisti fosthom bit-tmien punti mingħajr risposta u naqqsu d-distakk għal 16 -il punt 40-56. Iż-żewġ timijiet kellhom żewġ trippli kull wieħed biex Starlites żammew il-vantaġġ sa’ timiem it-taqsima 68-51. Fl-aħħar perjodu Hibs kellhom il-punti ta’ Vasovic u Hardy però l-katar li rnexxielhom jaslu kien sa’ 13 -il punt hekk kif għal Starlites kien hemm risposta minn Scerri, Mcconico u trippli ta’ Bonnici u Ahearn. Bonnici kompla bir-raba’ trippla tiegħu qabel ma’ Hibs għamlu l-aħħar sitt punti tal-logħba fosthom three pointer minn Hardy biex Starlites ħarġu rebbieħa 89-77.

Hibernians: P. Attard, D. Bugeja 18, K. Caruana, L. Farrugia 3, J. Hardy 19, I. Bonnett, N. Vasovic 13, A. Axiaq 2, M. Matijevic 2, M. Attard, C. Rowe 20.

Starlites GIG: A. Felice Pace 6, B. Zammit, R. Bonnici 14, I. Felice Pace, M. Fabri, M. Falzon, M. Scerri 11, R. Carabott 4, T. McConico 14, K. Kulas 30, R. Ahearn 10.

Referees: Bernard Vassallo, Kamil Dworniczak, Vladimir Nikolic

Depiro 65

Gżira Athleta 104

(20-27)(8-23)(20-31)(17-23)

Gżira Athleta rritornaw għar-rebħ fil-kampjonat wara tlett telfiet konsekuttivi meta

Ritratt: Wally Galea

għelbu lil Depiro 104-65 biex kisbu t-tielet rebħa fuq l-avversarji dan l-istaġun, kollha fil-kampjonat. Depiro ma jistgħux jirkupraw mill-injuries għaliex hekk kif irritorna Quin Cooper, kien barra Cordarius Johnson flimkien ma’ Nicholas Grech u Kurt Xuereb. Fl-ewwel minuti, Depiro żammew il-pass mal-avversarji tant li marru 4 minn fuq wara l-punti ta’ Cooper u Adam Chomo. Athleta kellhom risposta b’run ta’ 13-4 bil-baskets tal-Amerikani Conell Crossland u Ian Thiesen però Depiro rnexxielhom iwaqqfuhom u sitt punti mingħajr risposta tawhom il-vantaġġ għall-aħħar darba fil-partita. Hawn wasal break ieħor qasir minn Athleta li għalquh bi trippla ta’ Peter Shoults biex temmew is-sessjoni 27-20 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Athleta komplew fejn ħallew u ħasdu lill-avversarji b’run ta’ 15-0 b’Shoults jagħmel it-tieni trippla flimkien mal-punti ta’ Crossland, Nathan Xuereb u Matthew Gouder. Depiro waqqfuhom b’basket ta’ Cooper però Athleta kellhom żewġ trippli oħra minn Gouder u Luca Stefanovic biex daħlu jistrieħu 50-28 minn fuq.

Wara l-intervall ir-risposta ta’ Depiro ma waslitx biex Athleta fetħu b’run oħra ta’ 9-2 bi trippla ta’ Shaun Pace. Depiro finalment irrispondew permezz ta’ Daniel Farrugia u Cooper però Athleta komplew ikabbru l-vantaġġ hekk kif Xuereb għamel żewġ trippli oħra flimlien mal-punti ta’ Crossland u Gouder. Is-sessjoni għalqet bl-Athleta 33 punt minn fuq u l-aħħar sessjoni kienet biss formalita u serviet biex il-players kollha bl-eċċezzjoni ta’ Timothy Zammit jieħdu sehem fil-partita. Athleta għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Naz Buhagiar li fisser ukoll li l-players kollha tagħhom niżżlu isimhom fost l-iskorers hekk kif ħarġu rebbieħa 104-65.

Depiro: Q. Cooper 24, J. Attard, D. Farrugia 8, A. Attard 1, O. Said 9, M. Borg, M. Brincat 6, A. Chomo 17, T. Zammit.

 

Gżira Athleta: S. Pace 3, C. Crossland 37, P. Shoults 8, L. Stefanovic 5, S. Galea 3, N. Xuereb 14, M. Gouder 26, N. Buhagiar 2, I. Thiesen 4, R. Abela 2.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites GIG

9

7

2

16

797

737

Gżira Athleta

9

6

3

15

763

682

Hibernians

9

5

4

14

763

722

Depiro

9

2

7

11

755

846

Bupa Luxol

8

2

6

10

618

709

 





Leave a comment