Rebħa mportanti għal Frank Salt Phoenix tressaqhom viċin il-play-offs

Tuesday, March 1, 2016, 18:59

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

Phoenix Frank Salt 47

Gżira Athleta 35

(6-7)(10-8)(15-2)(16-18)

Frank Salt Phoenix kisbu rebħa mportani kontra Gżira Athleta biex issa nqatgħu waħidhom fir-raba’ post u jinsabu kważi ċerti minn post fil-play-offs. Athleta kienu d-dell tat-team li kellhu wirjiet posittivi fl-aħħar ħarġiet u xejn ma kienu preċiżi fis-shooting tagħhom. Athleta kellhom nieqes lil Joshua Aquilina għalkemm reġa’ deher Martin Krastev. L-ewwel sessjoni kienet karateriżżata minn shooting żbaljat fuq iż-żewġ naħat u l-iskor baxx ta’ 6-7 favur Athleta jirrifletti dan. Fit-tieni perjodu punti minn Jonathan Ranslet poġġew lil Phoenix fuq quddiem però Athleta wieġbu bi break qasir ta’ 5-0. L-aħħar punti ġew minn Clayton Camenzuli u Florian Gloechner għal Phoenix biex daħlu jistrieħu punt minn fuq 16-15.

Fit-tielet taqsima, Athleta sabu diffikulta kbira biex jagħmlu l-punti tant li kellhom basket wieħed biss minn Miguel Gauchi Montaldo. Phoenix mill-banda l’oħra għamlu run ta’ 11-0 bil-punti ta’ Ransley u Andras Toompere għal skor ta’ 31-17. Fl-aħħar perjodu Athleta għamlu iktar punti mit-tlett sessjonijiet ta’ qabel. Huma bdew b’run ta’ 6-0 bi tripla ta’ Krastev u naqqsu d-distakk għal disa’ punti. Phoenix ma tawhomx ċans u għalqu l-partita b’run oħra ta’ 9-0 u minkejja li lejn it-tmiem kien hemm break ta’ 7-0 minn Athleta, huma rebħu l-partita 47-35.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 6, G. Micallef, D. Pisani, R. Curmi, D. Debattista,  C. Camenzuli 2, F. Gloechner 4, M. Vucinic 9, C. Briffa 4, D. Massa, J. Ransley 15, A. Toompere 7.

Gżira Athleta: J, Symmons, F. Mifsud Bonnici 4, J. Wait, D. Buhagiar, L. Stefanovic 7,  M. Gauchi Montaldo 2, M. Cilia 1, R. Bezzina, M. Krastev 7, S. Vincic 5, M. Berisha 6, A. Baldacchino 3.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Alfred Carbonaro.

St. Nicholas Suns 56

Mellieħa Mr. Green 70

(9-20)(27-18)(12-10)(8-22)

Mellieħa Mr. Green approfittaw miż-żelqa ta’ Athleta aktar qabel u għelbu lil St. Nicholas Suns 70-56 biex telgħu waħedhom fit-tieni post tal-klassifika. Suns baqgħu fl-aħħar post u se jkun diffiċli ferm li jagħddu għall-play-offs. Huma reġa’ kellhom skwadra ridotta tant li kienu nieqsa wkoll Reno Camilleri u Stefano Borg għalkemm kellhom lura lis-Serb Igor Marjanovic. Mellieħa rkupraw diversi players mill-aħħar ħarġa tagħhom però kien nieqes Matthew Cauchi. Il-bidu tal-partita kien f’idejn Mellieħa li fetħu bit-three pointers ta’ Steve Sammut. Wara risposta minn Suns b’basket ta’ Hubert Agius u trippla ta’ Michael Barberi, Mellieħa bil-mod bdew jinqatgħu mill-avversarji bil-punti ta’ Robert Loporto u Clint Grixti għal skor ta’ 20-9. Suns irkupraw fit-tieni sessjoni meta kellhom it-trippli ta’ Barberi u Agius flimkien ma’ Marjanovic u lejn it-tmiem irnexxielhom inaqqsu d-distakk għal punt. Mellieħa kellhom trippla minn Ian Terribille u l-punti ta’ Ben Aquilina u Loporto biex daħlu jistrieħu 38-36 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Suns komplew bil-mument tajjeb tagħhom. Hum rnexxielhom imorru għall-ewwel darba minn fuq 44-40 wara punti minn Marjanovic u JP Antoncic. Mellieħa rkupraw grazzi għal trippla minn Loporto u punti ta’ Emanuel Lupo biex ġabu l-iskor indaqs 48-48. Fl-aħħar sessjoni n-nuqqas ta’ players affetwa lil Suns li dehru għajjew u Mellieħa approfittaw bi break ta’ 10-0 fl-ewwel minuti. Suns kellhom trippla ta’ Robert Camilleri però Mellieħa komplew bi tmien punti oħra biex ikkontrollaw il-partita sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 70-56.

 

St. Nicholas Suns: G. Cutajar, H. Agius 18, M. Barberi 13, JP Antoncic 6, R. Camilleri 6, I. Marjanovic 13.

Mellieħa Mr. Green: M. Farrugia, S. Sammut 10, I. Terribile 3, C. Grixti 14, R. Loporto 22, B. Aquilina 12, D. Miani, E. Lupo 3, B. Soler 4, P. Magro 2.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Alfred Carbonaro.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites

8

8

0

16

593

522

Mellieħa Mr. Green

9

5

4

14

597

547

Athleta

9

5

4

13

522

535

Phoenix Frank Salt

9

3

6

12

529

549

St. Nicholas Suns

9

1

8

10

475

563

 

Ritratt: Ħajr Phoenix Sports Club: https://www.facebook.com/Phoenixsportsclubmalta/?fref=ts





Leave a comment