Rebha konvincenti ghal Marsascala

Monday, June 24, 2013, 10:48

Kampjonat Tieni divizzjoni

Marsascala More ghelbu lil Otters Nivea 13-10. Bidu tajjeb ghall- Otters meta fl-ewwel sessjoni huma rebhu bl-iskor ta` 3-2. Fit-tieni sessjoni kienu Marsascala li rebhu bl-istess skor. Fit-tielet sessjoni li intemmet 3-3 otters kellhom prestazzjoni tajba. Izda fl-ahhar sessjoni Marsascala kellhom prestazzjoni tajba meta huma rebhu bl-iskor ta` 5-2, biex b`hekk rebhu l-partita 13-10. Il-goals ta` Marsascala wasslu minn sitt goals ta` Joseph Kayes, li kien ukoll l-aqwa scorer tal-partita, 2 goals kull wiehed ghall- Mattew Pace u Jono Ross, b`goal kull wiehed ghall-Karl Rizzo Naudi, Liam Grixti, Luke Caruana.

Il-goals ta` Otters wasslu mill-ahjar scorer taghhom Andrei Edward li skorja  5 goals, 3 goals ghall-Keith Grima Scott, goal kull wiehed ghall- Karl Scicluna u Duncan Schembri. 





Leave a comment