Rebħa kbira minn Falken Cynergi Virtus

Monday, March 7, 2016, 17:22

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA – IRĠIEL

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 72

Gżira Athleta 80

(20-16)(15-24)(19-18)(18-22)

F’partita pjaċevoli, Gżira Athleta għelbu lil Bupa Luxol 80-72 però Luxol minbarra t-telfa fil-partita sofrew telfa ikbar hekk kif l-Amerikan Colt Fason kiser parti minn idejh u sfortunatament għalih l-istaġun intemm ħesrem. Telfa li se tiswa qares għal Luxol kemm fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni kif ukoll dak ta’ taħt it-23 sena. Athleta kellhom nieqes lil Billy Zammit li kien sospiż. Athleta ħadu l-ewwel vantaġġ bil-punti ta’ Michael Naudi. Luxol kellhom il-punti ta’ Fason u trippli minn CJ Cordina u Jean Paul Bonnici però l-punti tal-Amerikan Lee Fisher ħallew lill-Athleta fuq quddiem. Luxol għalqu t-taqsim bil-punti ta’ Cordina u Fason għal skor ta’ 20-16. Athleta kellhom bidu qawwi fit-tieni sessjoni meta għamlu run ta’ 14-2 bi trippla ta’ Roderick Vella flimkien ma’ Naudi u Fisher. Luxol wieġbu bl-punti ta’ Fason li kellhu wkoll trippla però Athleta daħlu jistrieħu ħamsa minn fuq 40-35.

Wara l-intervall kienu Luxol li kellhom l-aħjar bidu bil-punti ta’ Marco Mercieca u trippla ta’ Bonnici u ġabu l-iskor indaqs 42-42. Ir-risposta tal-Athleta waslet bi break ta’ 14-4 b’aktar punti ta’ Fisher biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 56-46. Luxol irrispondew bi trippli minn Jean Paul Schembri u Cordina għal skor ta’ 58-54. Il-partita baqgħet bilanċjata anke matul l-aħħar taqsima fejn Luxol reġgħu resqu viċin bi trippla oħra ta’ Cordina. Athleta rrispondew bil-baskets minn Fisher u Adrian Micallef iżda Luxol reġgħu wieġbu bil-punti ta’ Mercieca flimkien mat-trippli ta’ Bonnici u Cordina. Hawn Luxol tilfu lil Fason u Athleta għamlu l-aħħar tmien punti ħafna minnhom minn free-throws minn Naudi u Vella biex rebħu l-partita 80-72.

Bupa Luxol: CJ Cordina 19, C. Fason 23, J. Willoughby, S. Visser, K. Dimech, J.P. Schembri 5,  J. Maistre Mellilo, M. Mercieca 16, JP Bonnici 9.

Gżira Athleta: M. Naudi 28, R. Vella 10, F. Mifsud Bonnici,  L. Stefanovic, I. Buldakov, A. Micallef 1, N. Lubrano 2, S. Vincic, M. Gauchi Montaldo 7, L. Fisher 32.

Referees:  Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Falken Cynergi Virtus 109

Pavi Depiro 69

(33-14)(27-14)(27-27)(22-14)

Ic-champions Falken Cynergi Virtus kibsu rebħa kbira fuq Pavi Depiro 109-69 biex żammew l-ewwel post tal-klassifika għalkemm jonqoshom l-aħħar partita biex jikkonfermawh. Depiro issa huma barra mill-play-offs għalkemm għadhom biċ-ċans li jevitaw l-aħħar post tal-klassifika. Virtus bdew tajjeb mill-ewwel u kellhom il-punti ta’ Chris Santo u Jacob Formosa. Depiro rrispondew u naqqsu d-distakk għal erba’ punti però Virtus li kellhom is-shooters tagħhom f’ġurnata mill-aqwa, wieġbu bi three pointers ta’ Formosa flimkien ma’ Santo u Peter Shoults biex fetħu vantaġġ ta’ 19 –il punt fi tmiem l-ewwel sessjoni 33-14. Fit-tieni taqsima ic-champions komplew bi break ieħor ta’ 11-2 hekk kif kellhom it-trippli ta’ Robert Bonnici flimkien ma’ Santo. It-three pointers ta’ Virtus komplew ġejjin din id-darba minn David Bugeja flimkien ma’ Shoults u Shawn Pace biex daħlu jistrieħu 60-28 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni, Depiro ħasdu lil Virtus bi break ta’ 12-0 hekk kif kellhom difiża agressiva u serqu diversi blalen. Huma kellhom il-punti ta’ Michael Nwelue Kurt Xuereb li kellhu wkoll trippla. Virtus irkupraw meta waslu tlett three pointers konsekuttivi minn Pace u oħrajn minn Bugeja u punti minn Santo għal skor ta’ 87-55. Fl-aħħar sessjoni Virtus bdew bi break ieħor ta’ 8-0 minn Formosa u Santo. Depiro wieġbu bil-punti ta’ Andrew Aquilina u Xuereb bic-champions jagħqqdu l-mitt punt bi trippla oħra ta’ Bonnici u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 109-69.

Falken Cynergi Virtus: S. Pace 19, D. Bugeja 12, R. Bonnici 11, D. Camilleri, S. Bonnici, J. Formosa 16, A. Felice Pace 5, C. Santo 32, L. Sobers 2, F. Bartolo 1, P. Shoults 9, T. Grech 2.

Pavi Depiro: J. Attard 2, M. Agius, D. Schembri, A. Aquilina 8, N. Grech 2, T. Zammit 2,  M. Mallia 6, V. Vlachos 2, K. Xuereb 17, M. Borg 4, M. Nwelue 26.

Referees: Gordon Barbara, Christine Farrugia, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Hibernians 75

Floriana Cafè Del Mar 86

(17-14)(26-23)(21-23)(11-26)

Floriana Cafè Del Mar żammew ħajjin it-tamiet li jtemmu l-ewwel fażi fl-ewwel post tal-klassifika meta b’diffikulta għelbu lil Hibernians 86-75. Hibs kellhom nieqsa lil Stefan Vella u Fabrizio Mariani fil-waqt li Floriana kienu mingħajr Lee Ross. Kienu Floriana li ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti minn Chad Patus. Hibs bdew jirrispondu bil-punti ta’ Marco Matijevic u marru minn fuq wara three pointers minn Ryan Carabott u Kieron Caruana biex temmew l-ewwel sessjoni 17-14 minn fuq. Hibs komplew fit-tieni taqsima meta għamlu run ta’ 9-2 bil-punti ta’ Matijevic u Simon Attard. Floriana wieġbu permezz ta’ Clayton Calleja u Patus iżda Matijevic u Attard ħallew lil Hibs fuq quddiem. Attard kompla b’żewġ trippli oħra flimkien ma’ Caruana biex daħlu jistrieħu 43-37 minn fuq.

Wara l-intervall Floriana wkoll kellhom it-three pointers tagħhom minn Patus u Nikola Vasovic però Hibs kienu għadhom minn fuq wara punti minn Matijevic u Caruana. Hibs għamlu run ta’ 14-4 biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 15 –il punt 64-49. Hawn Floriana rkupraw u fl-aħħar ħinijiet għamlu break ta’ 11-0 b’diversi punti minn Vasovic fosthom trippla biex reġgħu naqqsu d-distakk sa’ tmiem is-sessjoni 64-60. Fl-aħħar taqsima Hibs bdew b’basket ta’ Luke Farrugia però sofrew run qawwija ta’ 12-0 minn Floriana b’Patus jispikka fejn kellhu wkoll trippla biex marru 72-65 minn fuq. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Matijevic u trippla ta’ Attard biex reġgħu resqu viċin. Lejn tmiem il-partita Hibs naqqsu d-distakk għal erba’ punti 75-79 iżda Floriana għalqu l-partita bi break ieħor ta’ 7-0 minn Patus u Nigel Sultana biex rebħu l-partita 86-75.

Hibs: P. Attard 3, M. Houmpton, G. Agius, L. Farrugia 1, S. Attard 22, I. Bonett 2, K. Caruana 12, R. Carabott 10, K. Sultana, A. Gerdes, M. Matijevic 25.

Floriana Cafè Del Mar: C. Patus 39, N. Sultana 9, S. Borg 1, A. Portelli 4, N. Vasovic 18, C. Calleja 2, A. Axiaq 8, A. Micallef Trigona 3, N. Andrejevic 2.

Referees: Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Gordon Barbara.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Falken Cynergi Virtus

9

9

0

18

779

609

Floriana Cafe Del Mar

9

8

1

17

702

594

Gżira Athleta

9

5

4

14

693

623

Bupa Luxol

9

3

6

12

686

725

Hibs

9

1

8

10

598

737

Pavi Depiro

9

1

8

10

530

700





Leave a comment