Rebħa kbira fl-ewwel partita tagħti r-raba’ tazza lil A to Z Electronics Athleta

Monday, December 5, 2011, 9:23

minn Colin Schembri

LOUIS BORG CUP IRĠIEL

 

Siġġiewi 41

A to Z Electronics Athleta 57

(9-22)(12-11)(8-10)(12-14)

 

Preżentazzjoni Athleta

Preżentazzjoni Athleta

A to Z Electronics Athleta għamlu l-ewwel pass lejn ir-rebħ tar-raba’ unur tagħhom dan l-istaġun meta fl-ewwel leg tal-finali tat-tazza Louis Borg għelbu lil Siġġiewi 57-41. Siġġiewi rkupraw lil Eman Xuereb u għall-Athleta Steve Schembri għamel il-warming up ma’ sħabu pero’ ma ħax sehem fil-partita. Il-partita kienet dominata minn bidu qawwi ta’ l-Athleta speċjalment wara t-tkeċċija ta’ Alan Borg fuq żewġ fouls anti-sportivi bl-ewwel wieħed iqanqal diversi protesti. Wara li Siġġiewi fetħu bi break ta’ 7-2, waslet ir-risposta ta’ Athleta b’run ta’ 16-0 fosthom trippla minn Omar Said. Basket ta’ Chris Meier waqqaf din ir-run pero hawn ġew sensiela ta’ freethrows minn Said wara l-fouls ta’ Borg u Athleta temmew is-sessjoni 22-9 minn fuq. Fit-tieni sessjoni, Siġġiewi naqqsu d-distakk għal 8 punti wara baskets minn Louis Camilleri u Nigel Sultana. Adison Bonnici wieġeb għal Athleta flimkien ma’ Micheal Naudibiex huma daħlu jistrieħu 12 minn fuq 33-21.

Athleta bdew it-tielet perjodu b’4 punti ta’ Said fosthom trippla flimkien ma’ baskets minn Mohammed Kawaid. Lejn it-tmiem Meier għamel żewġ baskets pero’ Athleta kienu għadhom fuq quddiem 43-29. Said reġa’ fetaħ tajjeb fl-aħħar perjodu b’4 punti bir-risposta ta’ Siġġiewi tasal minn Peter Shoults u Meier f’run ta’ 8-2. Said reġa għamel trippla biex waqqaf ir-run ta’ Siġġiewi u Athleta baqgħu jikkontrollaw u rebħu l-partita 57-41 u se jibdew it-tieni leg b’vantaġġ ta’ 16 –il punt.

 

Siġġiewi: R. Agius, L. Camilleri 5, P. Shoults 6, E. Xuereb, N. Sultana 3, A. Borg 2, J.P. Azzopardi, C. Maeir 14, C. Codomaris 5, M. Matijevic 5

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 7, D. Bugeja 9, M. Kawaid 9, D. Schembri 6, M. Giusti, A. Fekete 2, O. Said 21, A. Bonnici 8, K. Baldacchino 6.

Referees: Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

 

A to Z Electronics Athleta 45

Siġġiewi 58

(6-20)(12-11)(16-12)(11-15)

 

Siġġiewi pattew għall-wirja negattiva li kellhom fl-ewwel partita u fit-tieni leg tal-finali tat-tazza Louis Borg għelbu lil A to Z Electronics Athleta 58-45 pero’ din ir-rebħa ma kienitx biżżejjed biex idawwru l-iżvantaġġ ta’ 16 -il punt li bih bdew din il-partita. Għal Athleta din kienet l-aħħar partita ta’ Mohammed Kawaid li se jirritorna lejn il-Bahrain fi ftit ġranet oħra. Għalijhom irritorna Etienne Bezzina fil-waqt li għal Siġġiewi rritorna Karl Borg. Il-coach ta’ Siġġiewi Peter Farrugia għamel xi tibdil fil-formazzjoni u Siġġiewi bdew tajjeb bl-ewwel sitt punti tal-partita. Trippla ta’ Adison Bonnici fetħet il-punteġġ ta’ l-Athleta u wara basket ta’ Marco Matijevic, kien Kawaid li għamel trippla oħra. Hawn pero’ Siġġiewi għamlu run ta’ 12-0 fosthom trippli minn Peter Shoults u Matijevic biex Siġġiewi temmew is-sessjoni 20-6 minn fuq. Fit-tieni sessjoni, Siġġiewi għamlu żewġ baskets oħra bl-Athleta jerġgħu jirrispondu permezz ta’ Said u Bonnici. Ir-risposta ta’ Siġġiewi ġiet minn Matijevic biex fl-intervall huma kienu 31-18 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni, Siġġiewi fetħu b’żewġ baskets ta’ Chris Meier pero’ Athleta għamlu run ta’ 8-0 bi trippli ta’ Said u Michael Naudi. Matijevic u Louis Camilleri bi trippla wieġbu għal Siġġiewi  pero’ sensiela ta’ free-throws minn Dirk Schembri raw lil-Athleta itemmu s-sessjoni 34-43 minn taħt pero’ kienu għadhom seba’ minn fuq bl-aggregate. Fl-aħħar sessjoni Siġġiewi reġgħu kabbru l-vantaġġ għal 12 –il punt pero fl-aggregate baqgħu kontinwament jiġru wara l-avversarji. Siġġiewi rebħu l-partita b’distakk ta’ 13 –il punt pero Athleta rebħu l-kompetizzjoni b’aggregate ta’ 3 punti 102-99.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 12, D. Bugeja 9, A. Fekete 2, D. Schembri 9, M. Giusti, I. Buldakov, O. Said 7, E. Bezzina, A. Bonnici 9, K. Baldacchino, M. Kuwaid 6, S. Schembri.

Siġġiewi: R. Agius, K. Borg, L. Camilleri 8, P. Shoults 3, N. Sultana 4, A.Borg 2, J.P. Azzopardi, C. Maeir 12, C. Codomaris, M. Matijevic 27.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Clive Terribile.





Leave a comment