Rebħa għal Victoria Libertas fid-debutt ta’ Gambino

Monday, February 4, 2019, 21:52

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Victoria Libertas 77

Siġġiewi 70

(18-22)(23-11)(18-11)(18-26)

Silvia Gambino ma setgħax ikollha bidu aħjar għall-avventura tagħa fuq il-bank ta’ Victoria Libertas hekk kif huma għelbu lil Siġġiewi 77-70. Gambino ma kienitx l-unika differenza fit-team tal-Libertas hekk kif huma kellhom ukoll id-debutt tal-Amerikan Matthew Binder u s-Serb Slavko Opojevlic. Kienu Siġġiewi li ħadu l-ewwel vantaġġ għalkemm Libertas dejjem baqgħu viċin bit-trippli ta’ Binder u Michael Guisti. Libertas marru minn fuq 14-11 wara baskets ta’ Robert Loporto u Binder però Siġġiewi ġew lura u kellhom il-punti ta’ Davide Bellinzona biex temmew is-sessjoni 22-18 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Siġġiewi żammew il-vantaġġ għal xi ħin wara baskets minn Hubert Agius u Alex Novakovic. Hawn Libertas kellhom mument tajjeb b’run ta’ 14-3 bi trippli minn Binder u Ian Terribile biex qalbu l-iskor u kienu huma li daħlu jistrieħu minn fuq 41-33.

Wara l-intervall, Siġġiewi dehru konfużu b’Novakovic f’ġurnata negattiva u Libertas approfittaw biex kabbru l-vantaġġ wara three pointer ieħor ta’ Binder. Finalment Siġġiewi kellhom risposta però Libertas bdew jirrispondu għall-punti tal-avversarji u baqgħhu minn fuq sa’ tmiem it-taqsima 59-44. Fl-aħħar perjodu, Siġġiewi naqqsu d-distakk għal 9 punti però kull darba li resqu viċin bdew isibu lil Libertas jirrispondu biex żammew vantaġġ ta’ 16 –il punt 73-57. L-aħħar sforz ta’ Siġġiewi rahom jagħmlu run ta’ 12-2 fosthom trippla ta’ Novakovic li qam tard wisq u minkejja li naqqsu d-distakk għal sitt punti, Libertas baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 77-70.

Victoria Libertas: M. Binder 26, E. Lupo 12

Siġġiewi: H. Agius, A. Novakovic 19

Gżira Athleta 83

 

Starlites GIG 51

(16-11)(18-16)(24-14)(25-10)

Rebħa oħra għal Gżira Athleta din id-darba kontra Starlites GIG biex huma għamluhom sebgħa minn sebgħa fil-kampjonat u għadhom mhux megħluba dan l-istaġun. Huma bdew il-partita mingħajr Matthew Gouder u Nathan Xuereb però ġew fit-tieni sessjoni u Starlites kienu mingħajr Nenad Stojanovski. Il-partita kellha bidu kwiet biż-żewġ timjiet jirrispondu lil xulxin għal partita ta’ 8-8. Athleta ħadu vantaġġ wara l-baskets ta’ Nicolo Guida, Jonathan Ransley u Stefan Vincic biex temmew l-ewwel sessjoni 16-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Athleta kompew iżidu l-vantaġġ wara trippla ta’ Luca Stefanovic però Starlites wieġbu bil-punti ta’ Matthew Scerri u Miguel Falzon, dan tal-aħħar bi trippla. Stefanovic għamel three pointer ieħor qabel intemmet it-taqsima flimkien mal-baskets ta’ Xuereb u Ransley biex Athleta kienu 34-27 minn fuq.

Fit-tielet perjodu, Starlites naqqsu d-distakk għal 3 punti 38-35 wara bidu tajjeb minn Falzon u Scerri. Hawn Athleta rkupraw u kellhom run ta’ 15-2 bit-tielet trippla ta’ Stefanovic u oħra ta’Francesco Mifsud Bonnici flimkien mal-punti konsekuttivi ta’ Gouder u Xuereb għal skor ta’ 58-41. Fl-aħħar sessjoni Athleta temmew kull tama ta’ Starlites li jsalvaw il-partita hekk kif ħasduhom b’run ta’ 21-2 biex ħadu kontroll assolut tal-partita u rebħuha 83-51.

Athleta: F. Mifsud Bonnici 16, L. Stefanovic 15

Startlites: M. Falzon 14, M. Azzopardi 11

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

7

7

0

14

582

440

Starlites GIG

7

4

3

11

488

513

Depiro

7

3

4

10

449

446

Siġġiewi

8

2

6

10

562

586

Victoria Libertas

7

2

5

9

414

510

 





Leave a comment