Rebħa għal Qormi wara l-għoti tal-Penalties

Tuesday, July 23, 2013, 11:53

Minn Stephen Azzopardi

Fit-tieni logħba minn Grupp B Qormi għelbu lil Rabat Ajax bl-iskor ta’ 6-5 wara l-għoti tal-penalties.  Sew Qormi kif ukoll Rabat kellhom diversi plejers barranin li għamlu l-prova tagħhom mat-timijiet rispettivi.  Logħba pjuttost kalma fejn fl-ewwel taqsima ftit li xejn kellna azzjonijiet perikolużi.  Fil-fatt l-ewwel taqsima l-iskor ma nfetaħx u baqgħu 0-0.

Fit-tnax –il minuta ta-tieni taqsima Leighton Grech fetaħ l-iskor u poġġa lil Qormi fil-vantaġġ.  Meta l-logħba dehret li se tkun rebħa għal Qormi, kontra kull mistenni Rabat ġabu d-draw.  Kien fid-39 minuta li Sidi Fuco Hamada tefa’ lill-partitarji Rabtin f’dilirju ta’ ferħ.

Il-logħba wara d-90 minuta ntemmet għalhekk bi draw ta’ 1-1 u kellna nassistu għall-għoti tal-penalties.  Qormi skurjaw ħames penalties minn ħamsa permezz ta’ Roderick Bajada, Jonathan Bondin, Martin Kotzya, Pavel Besta u Leighton Grech.  Filwaqt li Rabat skurjaw erba’ penalties permezz ta’ Daniel Pelaez, Justin Felice, Diego Carrillo Pendas u Ryan Micallef.  Kien Sidi Fuco Hamada li falla l-ħames u l-aħħar penalty biex ta r-rebħa lill-Qriema.

Għalhekk minn Grupp B wara l-ewwel żewġ logħbiet, Floriana għandhom 3 punti, Qormi 2 punti, Rabat Ajax punt u Vittoriosa Stars bla punti.





Leave a comment