- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Rebħa għal Hibs fl-uniku partita li saret

Posted By sportinmalta1 On December 9, 2019 @ 6:40 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Hibernians 101

Starlites 76

(25-9)(26-15)(25-25)(25-27)

 

Din kienet l-uniku partita tal-ġurnata hekk kif fit-tieni partita Depiro ħadu walk-over kontra Pyrinto biex ħadu l-ewwel rebħa tal-kampjonat. Intant Hibs kienu biss b’ħames players għal din il-partita però xorta waħda rnexxielhomjegħlbu l-isfida ta’ Starlites 101-76 speċjalment bil-wirja ta’ Kieron Caruana u Matthew Attard li bejniethom qasmu 58 punt. Starlites ukoll kellhom nuqqas ta’ players  bl-attakk tagħhom maqsum bejn Miguel Fabri u Miguel Falzon li kisbu total ta’ 41 punt. Kienu Hibs li kellhom l-aħjar bidu u għamlu run ta’ 12-0 qabel ma Starlites kellhom trippla minn Falzon. Hbs komplew b’run oħra ta’ 10-2 u għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ M. Attard għal skor ta’ 25-9. Hibs komplew fejn ħallew ankè fil-ftuħ tat-tieni taqsima b’żewġ trippli oħra. Hawnhekk Starlites kellhom il-punti minn Fabri fosthom żewġ three pointers biex naqqsu d-distakk però Hibs għamlu run oħra ta’ 10-0 u daħlu jistrieħu 51-24 minn fuq.

Wara l-intervall l-andament tal-partita baqa’ l-istess fejn is-shooters ta’ Hibs komplew fil-ġurnata posittiva tagħhom. M. Attard beda b’żewġ trippli oħra u l-istess għamel Caruana. Starlites kellhom risposta minn Mirco Azzopardi, Alex Xuereb u Falzon b’dan tal-aħħar jagħmel trippla biex Hibs temmew it-taqsima 76-49 minn fuq. Il-punti komplew ġejjin ankè fl-aħħar perjodu bid-difiżi miftuħin. Kien M. Attard li għaqqad il-mitt punt għal Pawlisti wara li Caruana għamel il-ħames trippla tiegħhu. Starlites għalqu l-partita bil-punti ta’ Fabri u trippla ta’ Quentin Bugeja biex Hibs ħarġu rebbieħa 101-76.

Hibs: M. Attard 31, K. Caruana 27

Starlites: M. Fabri 21, M. Falzon 20


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/rebha-ghal-hibs-fl-uniku-partita-li-saret/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.