Rebħa away wara 20 sena

Saturday, June 8, 2013, 9:16

Armenia 0 – Malta 1

Grupp B ta’ Kwalifikazzjoni Tazza tad-Dinja 2014

minn Sandro Micallef

Malta rreġistrat l-ewwel rebħa barra minn xtutna il-bieraħ wara nuqqas ta’ 20 sena. Kellhom ikunu n-nukleu ta’ players li ilhom jaqilgħu ġo fihom għal dawn l-aħħar snin li ġabu din ir-rebħa storika. Il-logħba kontra l-Armenia kienet ippreparata sew minn Ghedin li ħareġ b’formazzjoni ta’ 4-4-1-1 fejn kulħadd kien konxju li kif nitilfu l-ballun naqgħu 5-4-1 b’Herrera u Failla jaqgħu huma jgħinu lil Muscat u lil Camilleri fuq il-left u right back rispettivament.

Il-gowl ta’ Michael Mifsud kmieni fil-partita imliena b’nifs qawwi u minkejja li l-Armeni bdew ikollhom iktar huma mill-ballun xorta l-Maltin zammew il-pass tajjeb magħhom.

Saħansitra konna viċin ukoll fl-ewwel taqsima li niskorjaw it-tieni gowl meta minn kross mix-xellug Failla bir-ras tef’a għoli izda ma ttieħx tort sal-aħħar għaliex inqabad fuq il-ġirja u l-ballun kien ġej b’saħtu wisq.

Fit-tieni taqsima rajna lill-players Armeni iziedu t-tempo u bi players ta’ klassi li għandhom kollha ball players kbar (minbarra d-difensuri li ma jgħidu xejn) bdew jippruvaw minn kullimkien u sabu lil Haber f’vena tajba meta anke wettaq saves brillanti.

Insomma l-aħħar għaxar minuti ma riedu jagħaddu qatt, u t-tisfira finali waslet u kif, u segwew ċelebrazzjonijiet kbar fil-ground u anke wara l-logħba.

Il-formazzjoni ta’ Malta ta’ 4-4-1-1 naħseb li issa se tkun ittimbrata għall-aħħar logħbiet ta’ dan il-grupp fejn imissna it-tlett logħbiet li jmiss kollha home.

Malta lagħbet hekk: Gowlkiper Justin Haber, right back Ryan Camilleri, left back Alex Muscat, difensuri centrali Luke Dimech u Jonathan Caruana. Fin-nofs konna b’Roderick Briffa u Garreth Sciberras centrali, Edward Herrera right midfield u Clayton Failla left midfield, quddiemhom Andre Schembi u Mifsud quddiem waħdu.

Li hu cert li dan il-konfront tagħna konferma li Herrera u Failla mhux posthom aktar bħala difensuri laterali dawn iridu jibqgħu jilgħabu fil-midfield man-Nazzjonal.





1 Comment

  1. bluestar says:

    artiklu bis-sens ghax bilancjat. proset malta!

    [Reply]

Leave a comment