- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Rebħ ta’ midalji għal Team Noel

Posted By Sportinmalta On September 29, 2014 @ 8:00 am In Featured,Fight Sports,Kickboxing | No Comments

Dan l-aħħar Team Noel irrappreżenta lil Malta f’kompetizzjoni internazzjonali tal-Arti Marzjali fl-Isvizzera u l-atleti Maltin rebħu 19-il midalja.

Il-kompetizzjoni kienet il -”World Martial Arts Games” organizzata mill-World Kickboxing Network (WKN) fejn atleti minn madwar id-dinja ltaqgħu biex jitqabdu f’dixxiplini u kategoriji differenti. Team Noel rrappreżenta lil Malta bi 11-il atleta u kollha rebħu medalji fil-kategoriji rispettivi.

L-atleti Maltin ikkompetew f’taqbidiet tal-Boxing, Kickboxing, K1 u Muay Thai. Xi wħud minnhom ħadu sehem wkoll fil-Light Thai Boxing u li għalkemm kienet l-ewwel darba għalihom rebħu fil-kategoriji tagħhom. It-taqbidiet kienu maqsumin bejn Light Contact, fejn l-atleti jiffukaw biex idaħħlu l-punti, u Full Contact fejn l-atleti jistgħu jużaw is-saħħa kollha matul it-taqbida. Minkejja dan kollha kellhom jilbsu t-tagħmir protettiv

B’kollox Team Noel rebaħ 19-il-midalja fil-kategoriji rispettivi. Dawn kienu 13 tad-Deheb, 3 tal-Fidda u 3 tal-Bronż. L-iżgħar atleta kien Aiden Azzopardi ta’ tmein snin u li minkejja li kkompeta l-ewwel darba f’taqbida internazzjonali rebaħ il-midalja tal-Bronż fil-Kickboxing.

Fil-Light Muay Thai; Deheb: Courtney Vella, Aiden Borg Catania, Karl Demicoli, Julian Mangion Fil-Light/Full Kickboxing; Deheb: Matthew Brown, Clayton Desira Clayton, Brent Spiteri, Courtney Vella, Aiden Borg Catania, Julian Mangion

Fidda: Isaac Chetcuti

Bronż: Aiden Azzopardi, Joachin Mifsud Attard, Karl Demicoli Fil-K1; Deheb: Brandon Spiteri

Fil-Boxing

Fidda: Brent Spiteri

Uħud mill-atleti ta’ Team Noel rebħu t-taqbidiet tagħhom b’KO. Brent Spiteri jegħleb lill-avversarju tiegħu meta fl-aħħar taqsima jieħdu f’rasu bis-sieq. B’dan l-attakk l-atleta barrani spiċċa ħareġ minn bejn il-ħbula. Clayton Desira jirbaħ ukoll b’KO meta jolqot lill-atleta l-ieħor b’”hook punch”. Brandon Spiteri għamel waħda mill-isbaħ taqbidiet tal-K1 u jirbaħ bil-punti. Julian Mangion ilu jitħarreġ ma’ Team Noel għal dawn l-aħħar ħames xhur biss u ikkompeta l-ewwel darba barra minn Malta u rebaħ id-Deheb fil-Light Kickboxing.

Matul l-attivita’ Team Malta ltaqa’ ma’ Jerome le Banner li huwa atleta professjonaista ta’ livell għoli fid-dixxiplina tal-Kickboxing u tal-K1. Filwaqt li kien qed jitkellem mal-atleti Maltin kien immeraviljat kif minn Malta ħarġu atleti ta’ dan il-kalibru u li rebħu bosta medalji. Kliemu kienu li “Malta hija pajjiż żgħir imma b’qalb kbira”.

F’Ottubru se ssir attività tal-Gladiators Night għall-atleti debuttanti fid-dixxiplini tal-Kickboxing, K1, Boxing u Muay Thai. Għal aktar informazzjoni żuru l-Facebook ta’ Ying Yang Kickboxing jew ikkuntattjaw lil Master Noel Mercieca fuq 79208283


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/rebh-ta-midalji-ghal-team-noel/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.