Rebħ għal Victoria Libertas u Gżira Athleta

Monday, October 8, 2018, 21:01

St. James Hospital Shield Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Il-kampjonat tat-tieni diviżjoni dan l-istaġun se jkun iffurmat minn ħames timijiet: Depiro, Victoria Libertas, Gżira Athleta, Siġġiewi u Starlites. Dan għaliex timijiet bħal Luxol u Hibs se jipparteċipaw fil-kampjonat ta’ taħt it-23 sena u t-team ta’ Marvels sfaxxa b’diveri players jingħaqdu ma timijiet oħrajn. Bħal ma seħħ fid-diviżjonijiet l-oħrajn, l-istaġun fetaħ b’żewġ partiti mis-St. James Hospital Shield.

 

Depiro 49

Victoria Libertas 80

(15-30)(9-16)(7-17)(18-17)

Fl-ewwel partita, Victoria Libertas għelbu lil Depiro 80-49. Iż-żewġ timijiet kellhom tibdil mill-istaġun li għadda fejn Depiro ntroduċew xi players barranin ġodda bħal Rosic Nenad mis-Serbja u l-Portugiż Miguel Rodrigues. Però huma se jibbażżaw ukoll fuq diversi żgħażagħ minn nursery tagħhom. Libertas minn naħa l-oħra saħħew l-iskwadra b’akkwisti ta’ players bħal Robert Loporto, Robert Mercieca, l-Amerikan Lavell Sobers, it-Taljan Enrico Lanzi u l-ex Marvels Christian Briffa. Żewġ three pointers kmieni fil-partita minn Myron Agius poġġew lil Depiro fuq quddiem però Libertas wieġbu bi break ta’ 12-0 bil-punti ta’ Briffa u Loporto fost l-oħrajn. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Marco Zloh però punti konsekuttivi ta’ Mercieca, Loporto u Lupo raw lil Libertas itemmu l-ewwel sessjoni b’vantaġġ doppju 30-15. Fit-tieni taqsima l-punti naqsu xi ftit għalkemm Depiro kellhom trippla minn Miguel Brincat. Libertas sabu ħin jagħmlu run qasira ta’ 8-0 biex daħlu jistrieħu 46-24 minn fuq.

It-tielet taqsima fetħet bil-punti konsekuttivi ta’ debuttant ieħor ta’ Depiro, is-Serb Ilija Momiroski. Hawn però Libertas reġgħu għamlu break ta’ 17-1 fejn Mercieca beda jikseb diversi punti mill-fast breaks u temmew is-sessjoni 63-31 minn fuq. Depiro wrew aktar grinta fil-bidu tal-aħħar taqsima tant li bdewha b’run ta’ 10-0. Libertas ġew f’tagħhom u kienu huma li għaqqdu break ta’ 13-3 qabel ma Agius kiseb żewġ trippli oħra biex Libertas ħarġu rebbieħa 80-49.

Depiro: M. Agius 14, I. Momiroski 9

Victoria Libertas: R. Mercieca 34, R. Loporto 23, C. Briffa 12

Gżira Athleta 87

Siġġiewi 67

(22-14)(20-21)(30-13)(15-19)

Gżira Athleta fetħu l-impenji tagħhom b’rebħa fuq Siġġiewi 87-67. Athleta ftit kellhom tibdil mill-istaġun li għadda fejn huma tilfu lil player Spanjol Albert Serra pero rreġistraw lil Nicolo Guida ex-Marvels u lil Julian Wait wara sena misluf lil Starlites. Siġġiewi kellhom diversi uċuħ godda ex-Marvels bħal Luke Azzopardi, Andrew Morris u Darreb Debattista u żammew liż-żewġ Serbi Milan Nedic u Alex Novakovic flimkien mal-Grieg Konstantinos Arvanitakis. L-ewwel sessjoni kienet missielta bit-team tal-Athleta jiftħu bit-three pointer ta’ Matthew Gouder u l-punti ta’ Jonathan Ransley u trippla ta’ Francesco Mifsud Bonnici għal skor ta’ 16-7. Siġġiewi wieġbu permezz ta’ Nedic  u Azzopardi però Athleta kienu għadhom minn fuq 22-14. Fit-tieni perjodu Siġġiewi resqu viċin 21-24 però punti minn Nathan Xuereb li kellhu żewġ trippli biex fl-intervall kien hemm seba’ punti jifirdu liż-żewġ timijiet bl-Athleta fuq quddiem 42-35.

Fit-tielet sessjoni kienu Athleta li bdew b’seba’ punti  minn Ransley u Joshua Aquilina. Wara risposta ta’ Siġġiewi minn Novakovic u Azzopardi, Athleta għamlu sensiela ta’ three pointers minn Gouder, Stefan Vincic u Xuereb biex fetħu vantaġġ ta’ 20 punt 64-44. Huma komplew b’run oħra ta’ 8-0 bi trippla oħra ta’ Vincic għal skor ta’ 72-48. Fl-aħħar sessjoni l-logħob kien aktar maqsum u wara żewġ three pointers fuq kull naħa, Siġġiewi kellhom break qasir ta’ 9-2 bil-punti ta’ Novakovic u Arvanitakis però kienu għadhom ‘l bogħod mill-avversarji u Athleta rebħu l-partita 87-67.

Gżira Athleta: M. Gouder 21, N. Xuereb 16, S. Vincic 13

Siġġiewi: A. Novakovic 32, K. Arvanitakis 16

 





Leave a comment