Rebħ għal Team Malta fil-K1 u Boxing

Friday, March 11, 2016, 13:01

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Is-Sibt 20 ta’ Frar kellna l-Gladitators Night XII fejn Team Malta rebaħ il-parti l-kbira tat-taqbidiet mal-atleti barranin.

It-taqbida ewlenija kienet ta’ Keith “the Speed” Azzopardi, Team Spartan, li tqabad ma’ Joao Francesco mill-Portugal fil-K1. Fl-ewwel taqsima Azzopardi beda jidħol bir-riġlen filwaqt li Francesco beda jnaqqas d-distanza biex itaffi l-effettività. It-tieni taqsima l-atleti żammew qrib xulxin u ħadmu l-aktar bil-Boxing u bl-irkoppa. It-Tielet taqsima żammew l-istess ritmu imma l-Malti beda jdaħħal l-punti bis-”Spinning Back Fist”. “The Speed jirbaħ it-taqbida bil-punti.

L-atleti Maltin li rebħu lill-barranin kienu: (Team Spartan) Brandon “Bogon” Borg, Theon Camilleri u Shaun Falzon, (Team Noel) Christopher Rotin, Clayton Desira, (Malta Thai Boxing): Matthew Palcarz. Fil-Boxing Kersten “the Bullet” Brown (Brown Boxing) u Jason Micallef (Team Noel) jirbħu b’KO.

L-unika taqbida tar-ritorn kienet waħda tal-Boxing bejn Diane Schembri, Team Noel, u Claire Ciantar, Lord’s Gym. Iż-żewġ atleti kienu tal-istess livell fejn bdew baqgħu jippressaw lil xulxin il-ħin kollu minkejja li ħadd minnhom ma ġie minn fuq. Fl-aħħar il-ġurija tat it-taqbida bħala pareġġ.

Atleti oħrajn li tqabdu mal-barranin kienu: Jesred Piscopo, Julian Mangion u Ryan Cachia.

Din kienet l-ewwel darba li l-Assoċjazzjoni tal-Kickboxing ta’ Malta (MKBA) u l-Assoċjazzjoni tal-Boxing ta’ Malta (MBA) ħadmu id f’id għal dan l-avveniment. Dan wassal għal aktar professjonaliżmu fl-organizzazzjoni u sikurezza għall-atleti.

Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna tal-Facebook tal-Gladiators Night jew ikkuntattjaw lil Master Noel Mercieca fuq 79208283, Isaac Chetcuti fuq 79098181.

———————————————————————————————————————————————————-

English

Victories for Team Malta in K1 and Boxing

On Saturday February 20th we had Gladitators Night XII where Team Malta won the majority of match with foreign athletes.

The main match was between Keith “the Speed” Azzopardi, Team Spartan, and Francesco Joao from Portugal in K1. In the first round Azzopardi entered with kicks while Francesco began to reduce the distance to diminish their effectiveness. In the second round the athletes maintained close combat and worked mostly with Boxing and with the knee. The third had the same rhythm, but the Maltese started putting in more Spinning Back Fists. “The Speed” ​​won the match by points.

The Maltese athletes the won over the foreigners were (Team Spartan) Brandon “Bogon” Borg, Theon Camilleri and Shaun Falzon, (Team Noel) Christopher Rotin, Clayton Desira, (Malta Thai Boxing) Matthew Palcarz. In Boxing Kersten “the Bullet” Brown (Brown Boxing) and Jason Micallef (Team Noel) win by KO.

The only rematch was a Boxing match between Diane Schembri, Team Noel, and Claire Ciantar, Lord’s Gym. Both athletes were at the same level where they kept pressing each other all the time though none took the upper hand. In the end the jury gave the match as a draw.

Other athletes that had a match with foreigners were: Jesred Piscopo, Julian Mangion and Ryan Cachia.

This was the first time that the  Malta Kickboxing Association (MKBA)  and the Association of Boxing of Malta (MBA) worked together for this event. This led for  more professionalism in the organization and safety for athletes.

For more information visit the Gladiators Night Facebook page or contacted to Master Noel Mercieca on 79208283, Isaac Chetcuti on 79098181.

———————————————————————————————————————————————————-

Gallery





Leave a comment