Rebħ għal Mellieħa u Gżira Athleta

Tuesday, January 17, 2017, 20:18

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Mellieħa Tritones 48

Marvels Power Plus 36

(8-14)(7-13)(15-9)(18-0)

Mellieħa pattew għat-telfa tal-ewwel round kontra Marvels Power Plus meta fil-partita tat-tieni round ħarġu rebbieħa 48-36. Marvels kienu għadhom sitt punti minn fuq fi tmiem it-tielet sessjoni però fl-aħħar taqsima ma rnexxielhomx jagħmlu punti biex Mellieħa ħadu r-rebħa. Fil-fatt kienu Marvels li kellhom l-aħjar bidu bl-ewwel sitt punti tal-partita u minkejja li kien hemm żewġ three pointers minn Mellieħa minn Robert Loporto, Marvels kellhom il-punti ta’ Jonathan Ransley biex temmew it-taqsima 14-8 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Marvels komplew ikabbru l-vantaġġ wara break ta’ 7-2 bi trippla ta’ Darren Debattista. Mellieħa kellhom il-punti ta’ Emanuel Lupo u Ben Aquilina però Marvels daħlu jistrieħu 12 minn fuq 27-15.

Fit-tielet perjodu, Mellieħa bdew aħjar biex naqqsu xi ftit id-distakk wara punti minn Loporto u Janis Vibe. Christian Briffa wieġeb għal Marvels qabel ma Clint Grixti għamel trippla għal Mellieħa biex naqqsu d-distakk għal sitt punti 30-36. Fl-aħħar taqsima, Marvels waqfu għal kollox u ma rnexxielhomx isibu l-basket. Mellieħa minn naħa l-oħra kellhom 18 –il punt foshom sitta kull wieħed minn Loporto u Vibe biex rebħu l-partita 48-36.

Mellieħa Tritones: R. Loporto 19, J. Vibe 10, C. Grixti 8, B. Aquilina 3, D. Miani 2, E. Lupo 6, S. Aquilina, B. Soler.

Marvels Power Plus: L. Azzopardi, D. Massa, R. Curmi, D. Debattista 9, K. Maruda, C. Camenzuli 6, A. Morris 2, C. Briffa 9, J. Ransley 10, A. Toompere.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Siġġiewi St. Nicholas 51

Gżira Athleta 75

(15-14)(11-13)(12-15)(13-33)

Siġġiewi St. Nicholas krollaw fl-aħħar taqsima li Gżira Athleta rebħuha b’distakk ta’ 20 punt biex it-team ta’ Sandro Farrugia ħa t-tmien rebħa minn daqstant partiti. Athleta bdew bl-ewwel vantaġġ wara punti ta’ Kwame Thompson però Siġġiewi wieġbu bil-punti ta’ Roberto Alosco li kellhu wkoll trippla biex poġġijhom fuq quddiem11-6. Athleta wieġbu bi break ta’ 8-0 iżda kienu Siġġiewi li kellhom l-aħħar punti biex temmew is-sessjoni minn fuq 15-14. Fit-tieni taqsima l-punti naqsu bl-Athleta jieħdu l-vantaġġ wara basket minn Stefan Vincic. Siġġiewi marru minn fuq wara trippla ta’ JP Antoncic u punti ta’ Gabriel Agius iżda Athleta wkoll kellhom trippla minn Vincic biex daħlu jistrieħu 27-26 minn fuq.

Wara l-intervall Siġġiewi marru għall-aħħar darba fuq quddiem wara basket ta’ Agius għaliex hawn Athleta għamlu run ta’ 11-3 bit-tieni trippla ta’ Vincic u fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti. Sa’ tmiem it-taqsima iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin biex Athleta baqgħu fuq quddiem 42-38. L-aħħar sessjoni kienet storja differenti hekk kif Athleta bdew bi break ta’ 16-5 u marru 14 minn fuq 56-42. Siġġiewi wieġbu b’erba’ punti ta’ Agius iżda hawn Athleta kellhom run oħra qawwija ta’ 13-0 b’diversi punti ta’ Thompson biex għalqu l-partita definitivament u ħarġu rebbieħa 75-51.

Siġġiewi St. Nicholas: JP Antoncic 3, K. Scicluna 4. S. Niedritis 3, H. Agius 14, G. Agius 10, R. Alosco 14, S. Opojevlic, R. Camilleri, R. Camilleri, J. Camilleri 3, K. Arvanitakis.

Gżira Athleta: F. Mifsud Bonnici 13, J. Wait 2, J. Aquilina 2, L. Stefanovic 4, M. Gauchi Montaldo 4, M. Giusti 6, K. Thompson 26, D. Buhagiar 1, S. Vincic 11, M. Cilia 6.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Athleta

8

8

0

16

558

373

Mellieħa Mr. Green

7

3

4

10

374

373

Marvels Power Plus

7

3

4

10

358

385

Siġġiewi St. Nicholas

6

2

4

8

325

324

Starlites

6

1

5

7

245

405





Leave a comment