Rebħ għal Hibs u Luxol fl-ewwel ġurnata tal-play-offs

Monday, March 28, 2016, 17:54

Kampjonat MSV life Nisa – Playoffs

minn Colin Schembri

Electrofix Hibs 91

Gżira Athleta 34

(25-0)(23-17)(21-9)(22-8)

Bidu qawwi minn Electrofix Hibs kien biżżejjed għalijhom biex jieħdu l-ewwel rebħa fis-semifinali tal-play-offs kontra Gżira Athleta. Hibs kellhom lura lil Elena Cassar fil-waqt li Athleta kellhom nieqsa lil Elena Pace. Fl-ewwel sessjoni, Hibs ħallew lil Athleta mingħajr l-ebda punt. Il-punti ta’ Hibs ġew b’mod regolari minn Josephine Grima, Elena Cassar, Christina Grima u Maria Said għal skor ta’ 25-0. Fit-tieni taqsima waslu l-ewwel punti tal-Athleta minn Sharon Vella però Hibs malajr wieġbu bi break ieħor qawwi ta’ 15-2 bil-punti konsekuttivi ta’ Greta Costa. Huma kellhom ukoll żewġ trippli minn Naomi Farrugia bl-Athleta jwieġbu bil-punti ta’ Antoinette Borg li wkoll kellha żewġ three pointers però fl-intervall Hibs kellhom vantaġġ qawwi 48-17.

Fit-tielet taqsima Hibs komplew bil-punti ta’ Costa u Iona Agius. Athleta kellhom il-baskets minn Leanne Sciberras iżda dawn kienu ftit wisq u Hibs temmew it-taqsima 69-26 minn fuq. Fl-aħħar perjodu, Hibs kellhom il-punti konsekuttivi ta’ Nadia Mifsud. Wara baskets ta’ Sciberras u Vella għall-Athleta, Hibs għalqu l-partita bi break ta’ 10-0 għal skor finali ta’ 91-34.

Electrofix Hibs: J. Scerri 4, E. Cassar 6, N. Vella 4, I. Agius 6, J. Grima 17, M. Said 11, C. Grima 12, K. P. Mifsud, N. Mifsud 6, H. Al Tumi 8, N. Farrugia 6, G. Costa 11.

Gżira Athleta: M. Pollacco, M. Debono, K. Busuttil, S. Pisani, L. Sciberras 6, S. Cilia, D. Said Hollier, A. Borg 17, R. Sciberras, S. Vella 7, C. Mifsud 4.

Referees: Jennifer Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Caffè Moak Luxol 71

Pavi Depiro 57

(18-12)(20-15)(20-18)(13-11)

Ic-champions Caffè Moak Luxol ukoll bdew is-semifinali tal-play-offs bir-rebħ meta għelbu lil Pavi Depiro 71-57. Depiro offrew reżistenza u wara li kienu minn fuq fl-ewwel ħinijiet tħabtu biex jibqgħu viċin iżda Luxol dejjem kellhom vantaġġ stabbli. Depiro marru fuq quddiem bil-punti ta’ Sam Brincat u Gaby Mifsud u fetħu vantaġp ta’ ħames punti 12-5. Hawn Luxol għamlu run ta’ 13-0 b’żewġ trippli ta’ Sarah Pace u Paula Ellul flimkien mal-baskets ta’ Joselle Borg Cardona biex temmew it-taqsima 18-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Borg Cardona kompliet bil-punti tagħha meta sabet spazju taħt il-boards u kellha run ta’ 7-2 biex Luxol kabbru l-vantaġġ għal 11 –il punt. Depiro wieġbu bil-punti ta’ Brincat u Maria Bonett però Luxol għamlu run oħra ta’ 7-0 bi trippla ta’ Beverlee Zammit u daħlu jistrieħu 11 minn fuq 38-27.

Wara l-intervall Depiro reġgħu naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Mifsud u Brincat. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin qabel ma Luxol kellhom mument ieħor tajjeb bi break ta’ 13-2 bi tlett three pointers minn De Martino, Pace u Zammit biex temmew is-sessjoni 58-45 minn fuq. Fl-aħħar taqsima Luxol kellhom run oħra ta’ 9-3 b’aktar punti minn De Martino. Depiro kellhom it-trippli ta’ Brincat però qatt ma resqu viċin biżżejjed biex jinkwetaw lic-champions li ħadu l-ewwel rebħa 71-57.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 14, B. Zammit 8, J. Borg Cardona 17, M. Mercieca 5, S. De Martino 18,  A. Calleja, P. Ellul 5, N. Vella, M. Darmanin 4, C. Curmi.

Pavi Depiro: A. Mifsud 4, G. Mifsud 4, S. Brincat 30, M. Bonett 9, C. Camilleri 1, M. Scicluna, J. Xuereb 4, C. Ciantar 5.

Referees: Bernard Vassallo, Christine Farrugia

Logħob li jmiss (Play-offs game 2)

03-04-2015 – 11:15 –Pavi Depiro vs Caffè Moak Luxol

03-04-2015 – 14:45 –  Gżira Athleta vs Electrofix Hibs

 





Leave a comment