Rebħ għal Gżira Athleta u Starlites GIG

Tuesday, January 22, 2019, 21:57

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Siġġiewi 64

Gżira Athleta 84

(17-20)(13-27)(16-19)(18-18)

Gżira Athleta kisbu s-sitt rebħa tal-kampjonat minn sitt partiti meta għelbu lil Siġġiewi 84-64. Siġġiewi għadhom mingħajr iż-żewġ Serbi tagħhom fil-waqt li Athleta kellhom lura lil Nathan Xuereb u Luca Stefanovic li tilfu l-aħħar partita però kienu nieqsa Stefan Vincic u Jonathan Ransley. Dawn iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu fir-round preliminari tal-BOV Knock Out Il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar. Siġġiewi marru 8-2 minn fuq fl-ewwel minuti fejn kellhom trippla ta’ Billy Zammit. Athleta wieġbu bi break ta’ 16-4 bil-punti ta’ Xuereb flimkien ma’ Matthew Gouder u Nicolo Guida. Siġġiewi wieġbu bi trippla ta’ Zammit u punti ta’ Hubert Agius għal skor ta’ 20-17 favur Athleta. Fit-tieni perjodu, Athleta bdew jinqatgħu fuq quddiem bi trippli minn Xuereb u Robertas Kleiva fost l-oħrajn flimkien ma’ diversi punti ta’ Stefanovic u Gouder biex daħlu jistrieħu 47-30 minn fuq.

Wara l-intervall Siġġiewi bdew bil-punti ta’ Zammit flimkien ma’ Davide Bellinzona u Quentin Bugeja. Athleta kellhom risposta minn Joshua Aquilina flimkien ma’ Xuereb u Gouder li kienu konsistenti bil-punti tagħhom fl-ewwel tlett sessjonijiet hekk kif tħallew jistrieħu fl-aħħar sessjoni. Il-partita kienet deċiża għalkemm Siġġiewi fetħu r-raba’ perjodu b’żewġ trippli minn Zammit u Bellinzona. Athleta wieġbu b’run ta’ 14-0 li rathom jiftħu vantaġġ ta’ 28 punt u baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 84-64.

Siġġiewi: D. Bellinzona 22, B. Zammit 17

Athleta: N. Xuereb 22, M. Gouder 16, N. Guida 15

Starlites GIG 81

 

Depiro 74

(25-21)(24-22)(9-14)(23-17)

Il-kampjonat tat-tieni diviżjoni joffri wkoll partiti bħal din hekk kif Starlites Gig għelbu lil Depiro 81-74 wara partita mill-isbaħ. Għal Starlites kien nieqes Owen Psaila però rritorna wara injury Ian Felice Pace u kellhom ukoll id-debutt tal-veteran Samuel Aquilina wara xi snin nieqes mil-logħba. Depiro għadhom mingħajr Nenad Rosic u kien nieqes ukoll Michael Debattista. Il-partita kellha bidu missielet tant li sa’ kważi nofs l-ewwel sessjoni kien hemm parita ta’ 11-11. Hawn Starlites kellhom mument tajjeb b’żewġ trippli minn Nenad Stojanovsjki u Felice Pace u komplew bil-punti ta’ Matthew Scerri li rawhom itemmu l-ewwel sessjoni 25-21 minn fuq. Fit-tieni perjodu Depiro naqqsu d-distakk għal punt wara trippla ta’ Miguel Rodrigues. Starlites reġgħu wieġbu bi break ta’ 11-2 bi three pointers minn Miguel Falzon u Felice Pace però Depiro ma ċedewx u wieġbu permezz ta’ Miguel Mallia u Rueben Xuereb li kellhom three pointer kull wieħed. Starlites kellhom l-punti ta’ Alex Xuereb qabel l-intervall biex daħlu jistrieħu 49-43 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Depiro kellhom bidu mill-aqwa u kisbu tlett three pointers wara xulxin minn Miguel Brincat, Ethan Briffa u Marco Zloh biex marru fuq quddiem. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet primarjament minn Mirco Azzopardi b’żewġ baskets u Scerri poġġijhom minn fuq qabel intemmet it-taqsima għal skor ta’ 58-57. Fl-aħħar sessjoni kien hemm botta u risposta għal ħin twil għalkemm Starlites irnexxielhom iżommhu l-vantaġġ il-ħin kollhu. Depiro għal darbtejn waslu sa’ tlett punti ‘l bogħod u ftit qabel intemmet il-partita żewġ trippli ta’ Mallia u Rodrigues naqqsulhom id-distakk għal punt. Starlites kisbu basket minn Stojanovski u Rodrigues għamel turnover kruċjali fil-pusess ta’ wara biex Starlites għalqu l-partita b’żewġ baskets oħra u rebħu l-partita 81-74.

Starlites: M. Scerri, N. Stojanovski 19, M. Azzopardi 16

Depiro: M. Rodrigues 18, M. Brincat 15, M. Zloh 14

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

6

6

0

12

499

389

Starlites GIG

6

4

2

10

437

430

Depiro

7

3

4

10

449

446

Siġġiewi

7

2

5

9

492

509

Victoria Libertas

6

1

5

7

337

440

 





Leave a comment