- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Rebħ għal Caffè Moak Luxol u Pavi Depiro

Posted By sportinmalta1 On March 2, 2015 @ 6:22 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 60

Honey Athleta 51

(12-17)(13-19)(18-6)(17-9)

Ic-champions Caffè Moak Luxol għamlu rimonta tajba wara l-intervall biex għelbu lil Honey Athleta għat-tielet darba fil-kampjonat. Luxol kellhom liż-żagħżugħa Oceane Visser fil-formazzjoni tagħhom minflok Kay Portelli u Athleta kellhom lil Francesca Farrugia nieqsa. Il-punti waslu bil-mod fil-bidu tal-logħba hekk kif Luxol kienu 6-4 quddiem fir-raba’ minuta wara żewġ baskets minn Laekitha Alston u Steffi De Martino. Athleta mbagħad wieġbu bil-qawwa meta għamlu run ta’ 12-0 hekk kif Luxol kellhom shooting negattiv. Athleta kellhom punti minn Amelia Simmons, Sammy-Jo Barbara, Emma Moore u Leanne Sciberras. Luxol wieġbu b’punti minn Alston u Sarah Pace u s-sessjoni ntemmet b’Athleta minn fuq 17-12. Athleta żiedu l-vantaġġ tagħhom fil-bidu tat-tieni taqsima b’aktar punti minn Simmons. Luxol kellhom risposta mingħand Paula Ellul u Sarah Pace iżda Sciberras u Lonekke Cassar wieġbu wkoll għal Athleta. Luxol kellhom punti minn Joselle Borg Cardona iżda Moore għamlet trippla għall-Athleta u fl-intervall kienu 36-25 minn fuq.

Wara l-waqfa, Luxol kellhom prestazzjoni aħjar u huma fetħu bi break ta’ 10-2 inkluż trippla ta’ De Martino. Athleta kellhom basket minn Cassar u tnejn oħra ta’ Simmons iżda waqfu hawn u ma setgħux iżidu l-punteġġ tagħhom. Luxol għamlu run oħra ta’ 9-0 magħluqa bi trippla ta’ Beverlee Zammit flimkien ma’ punti ta’ Cardona biex marru fil-vantaġġ 43-42. Luxol fetħu s-sessjoni finali bi break ieħor ta’ 9-2 b’aktar punti minn Alston flimkien ma’ Christine Curmi. Athleta finalment wieġbu bil-baskets ta’ Moore u Barbara iżda De Martino kellha trippla oħra għal Luxol. Fl-aħħar minuta Luxol kellhom ħames punti oħra minn De Martino u huma rebħu l-logħba 60-51.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 4, B. Zammit 3, M. Caruana, I. Baena, S. Tabone, S. De Martino 17, O. Visser, J. Borg Cardona 10, P. Ellul 4, L. Alston 19, M. Darmanin, C. Curmi 3.

Honey Athleta: E. Moore 11, L. Pirotta, S. Vella, L. Cassar 8, L. Sciberras 8, A. Borg, D. Said Hollier, A. Simmons 13, R. Sciberras, S.J. Barbara 11, C. Mifsud.

Referees: Emanuel Mangani, Selcan Rowles.

Pavi Depiro 48

DHL Phoenix 33

(11-9)(17-9)(12-6)(8-9)

Pavi Depiro kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva tagħhom din id-darba kontra DHL Phoenix f’partita ta’ skor baxx 48-33. Phoenix kellhom Francesca Sant nieqsa għal din il-logħba u Depiro kienu mingħajr Claire Ciantar u l-coach tagħhom Adrian Mifsud ta ħin fuq il-court lill-players kollha tiegħu. Phoenix kellhom l-ewwel sitt punti tal-logħba minn Jean Doughty u Adriana Demanuele. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet fil-ħames minuta bi trippla ta’ Siarre Evans u baskets minn Gaby Mifsud. Phoenix kellhom żewġ baskets oħra minn Stephanie Davies u Lisa Pace iżda Depiro għalqu s-sessjoni fuq quddiem bil-punti ta’ Evans u Nicole Agius. Fit-tieni sessjoni, Depiro fetħu bi trippla minn Agius b’Doughty twieġeb għal Phoenix. Depiro komplew bi break ta’ 10-0 b’aktar punti minn Agius flimkien ma’ Mifsud u Maria Bonett. Qabel l-intervall iż-żewġ timijiet kellhom żewġ baskets oħra biex Depiro daħlu jistrieħu b’10 punti vantaġġ 28-18.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni, Demanuele kellha basket ieħor għal Phoenix iżda Depiro wieġbu għal darb’oħra b’run ta’ 10-0. Evans u Svetlana Micallef kellhom żewġ baskets kull waħda biex Depiro żiedu l-vantaġġ tagħhom għal 18-il punt 38-20. Martha Gatt u Justine Busuttil Gaerthy wieġbu għal Phoenix imma Depiro bdew l-aħħar sessjoni fuq quddiem 40-24. Fir-raba perjodu, Depiro kellhom il-punti ta’ Raisa Calleja, Sam Brincat u Bonett. Phoenix għamlu l-aħħar 8 punti tal-logħba b’żewġ baskets ta’ Demanuele flimkien ma’  Gatt u Yanika Agius biex Depiro ħarġu rebbieħa 48-33.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 6, R. Calleja 4, S. Brincat 4, M. Bonett 8, N. Agius 9, M. Mifsud, M. Balzaraviute, S. Evans 11, P. Montanaro, S. Micallef 6.

DHL Phoenix: Y. Agius 2, L. Pace 4, J. Doughty 8, M. Gatt 4, G. Torpiano 2, J. Busuttil Gaerthy, S. Davies 2, A. Demanuele 9.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

10

9

1

19

603

490

Pavi Depiro

11

7

4

18

701

582

Honey Athleta

11

5

6

16

682

575

Hibs

10

5

5

15

602

567

DHL Phoenix

10

0

10

10

319

693


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/rebh-ghal-caffe-moak-luxol-u-pavi-depiro/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.