Rebħ biss għal Team Noel

Thursday, July 4, 2013, 8:26

Team Noel ikaxkar miegħu ħames rebħiet minn ħamsa fil-Gladiators Night 5, fosthom waħda f’erba’ sekondi u t-Titlu Dinji tal-World Kickboxing Network (WKN) għal Daniel “the Jet” Zahra.Daniel “the Jet” Zahra, Brandon Spiteri, Darren Borg, Melvin Fenech u Darren Doneo huma l-atleti tal-klabb tal-Ying Yang Team Noel Kickboxing li ħadu sehem u rebħu ttaqbidiet tagħhom tal-Kickboxing. Dan seħħ taħt l-għajnejn ta’ 1000 spettatur fit-Teatru Grieg f’Ta’Qali bi spettaklu minn 18-il Kickboxer.Zahra kkompeta ma’ Bruno Torres, atleta mill-Portugall għat-Titlu Dinji tad-WKN bir-regoli tal-K1. Iż-żewġ atleti kellhom taqbida ta’ 5×3 fejn taw spettaklu bla waqfien ta’ tekniki differenti tal-Kickboxing. Fl-ewwel żewġ tqsimiet it-tnejn li huma kienu qed jippressaw lil xulxin b’teknika wara l-oħra. Iżda kien fit-tielet taqsima li Zahra beda jieħu l-kontroll tallogħba u jibqa’ minn fuq sal-aħħar. Għal aktar minn darba Zahra wara li jidħol b’teknika birriġlejn kien jispiċċa l-attakk tiegħu b’irkoppa għal wiċċ Torres. Kienet deċiżjoni unanima mill-judges li jagħtu r-rebħa, ta’ mingħajr dubju, lil Zahra. Brandon Spiteri għaġġeb lil kulħadd billi rebaħ it-taqbida tiegħu f’inqas minn erba’ sekondi. Malli daqqet il-qanpiena ħareġ b’attakk b’saħħtu u mal-ewwel teknika tiegħu jagħti round house kick li tolqot lill-avversarju dritt f’rasu. Dan spiċċa fuq it-tapit u minkejja li reġa’ tela’ r-referee waqqaf it-taqbida u b’hekk Spiteri jirbaħ b’KO. Borg għamel taqbida mill-aqwa fejn żamm il-kontroll matul it-taqsimiet kollha u jirbaħ bil-punti. Speċjalment meta kellu jerġa’ jibda juża t-tekniki tal-Kickboxing wara li kien għamel xhur jipprattika Boxing biss għattaqbida preċedenti tiegħu, li kien rebaħ, ma’ Mark Cutajar. Fenech u Doneo, l-atleti l-oħrajn ta’ Team Noel, rebħu t-taqbidiet tagħhom bil-punti.

Dan l-avveniment sar grazzi għal Master Noel Mercieca u Isaac Chetcuti, il-fundaturi ta’ Gladiators Promotions. Kancho Adrian Axisa, il-President tal-fergħa Maltija tad-WKN, ippresjeda fuq is-serata f’isem il-Federazzjoni Maltija tal-Kickboxing (MKBF) u appoġġata mill-Kunsill Malti għall-Isport.

Preżenti kien hemm ukoll il-president tad-WKN, Stephan Cabrera, u l-leġġenda tat-Thai Boxing,Osman Yigin.





Leave a comment