Rebbieħa Kampjonati BOV l-Ewwel u t-Tieni Diviżjoni

Friday, April 29, 2011, 21:14

Il-Malta Football Association tixtieq tavża li wara l-partiti ta’ għada s-Sibt, 30 ta’ April 2011, bejn Balzan Youths FC u Pieta’ Hotspurs FC li se tintlagħab fil-Victor Tedesco Stadium u dik bejn Żejtun Corinthians FC u Żebbuġ Rangers FC li se tintlagħab fis-Centenary Stadium, se jsiru l-preżentazzjonijiet tat-trofej lir-rebbieħa taż-żewġ kampjonati rispettivi. Balzan Youths, rebbieħa tal-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, se jkunu ppreżentati bit-trofew minn Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA u Charles Azzopardi, Manager Marketing Communications tal-Bank of Valletta.

Ir-rebbieħa tal-Kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni Żejtun Corinthians, se jkunu ppreżentati bit-trofew minn Carmelo Bartolo, Viċi-President tal-MFA u Charles Azzopardi, Manager Marketing Communications tal-Bank of Valletta. Hawn taħt tista’ ssib il-klassifiċi taż-żewġ diviżjonijiet sa nhar il-Ħadd, 24 ta’ April 2011.

Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni
L R D T F K Pti
Balzan Youths 17 14 2 1 40 15 44
Mqabba 17 9 5 3 35 15 32
Mosta 18 9 5 4 42 22 32
Melita 17 8 5 4 28 20 29
Lija Athletic 17 7 3 7 23 22 24
St. George’s 17 6 5 6 25 28 23
St. Andrews 18 5 5 8 20 28 20
Dingli Swallows 17 5 3 9 19 33 18
Pieta’ Hotspurs 17 4 4 9 33 35 16
Msida St. Joseph 17 0 1 16 5 52 -3

Kampjonat BOV it-Tieni Diviżjoni

L R D T F K PtI
Zejtun Corinthians 21 15 4 2 36 10 49
Naxxar Lions 21 12 3 6 43 26 39
Rabat Ajax 21 11 5 5 38 10 38
Mellieha 21 11 3 7 30 19 36
Birzebbuga St. Peter’s 21 10 4 7 30 28 34
St. Patrick 21 10 3 8 27 32 33
San Gwann 21 8 4 9 27 37 28
Zebbug Rangers 21 8 3 10 29 34 27
Zurrieq 21 6 4 11 27 41 22
Senglea Athletic 21 5 4 12 29 36 19
Gzira United 21 4 6 11 31 44 18
Mgarr United 21 4 1 16 16 46 13




Leave a comment