Ray Bartolo Memorial Cup quarter-finals held

Friday, November 6, 2015, 21:20

Gavin Muscat

Nhar is-Sibt sar programm ieħor t’ erba logħbiet mis-Swan Amateur Football Ass sponsorjat mid-ditta Joseph Sammut Co Ltd fejn sar il-kwarti finali mill-kompetizzjoni tal-Ray Bartolo Memorial Cup fejn fl-ewwel partita tal-ġurnata u l-aktar wahda mistennija Ħamrun Titans qatgħu passaġġ għas-semi finali meta għelbu lil holders Valletta St.Pauli Geal bl-iskor ta’ 6-5 wara l-għoti tal-penalties,fejn sal-ħin regolamentari bl-iskor baqa dak ta’ parita bl-iskor ta’ 1-1, biex fit-tieni kwarti finali Luqa Juniors għelbu lil Bahrija bl-iskor ta’ 2-0. Fit-tielet partita tal-ġurnata Ta’ Giorni Wolves kisbu l-akbar rebha tal-ġurnata meta għelbu lil Mriehel Devon bl-iskor ta’ 5-0,biex l-aħħar kwarti finali Għargħur Bushwackers għelbu lil Dingli Eagles bl-iskor ta’ 3-1. L-erba timijiet li għaddew għas-semi finali huma Ħamrun Titans jiltaqu kontra Għargħur Bushwackers u Luqa Juniors jiltaqu kontra Ta’ Giorni Wolves.

Ħamrun Titans vs Valletta St.Pauli Geal

Fl-ewwel kwarti finali tal-ġurnata Ħamrun Titans qatgħu passaġġ għas-semi finali meta għelbu lil holders Valletta St.Pauli Geal bl-iskor ta’ 6-5 wara l-għoti tal-penalties,wara li sal-ħin regolamentari li skor baqa dak ta’ 1-1.Partita li tim tal-Ħamrun għaraf jikkontrolla l-furja beltija fejn kemm id-difensuri Ħamruniżi u anki l-gowlkiper Gilbert Spiteri kienu strumentali biex qatgħu passaġġ għal ma l-aħħar erba,fejn ma tawx l-ebda cans lil attakkanti belti jippenetraw,biex kontra x-xejra tal-logħob fil-21minuta logħob Ħamrun Titans marru fil-vantaġġ meta Carlos Leonardi qabad ballun f’nofs il-ground u wara li evita zewg difensuri beltin b’xutt sabih għal angolu tax-xibka fetah l-iskor għat-tim tiegħu biex hekk baqa l-iskor sa tmiem it-taqsima,bil-Ħamruniżi igawdu l-gowl vantaġġ. Fit-tieni taqsima Valletta St.Pauli ziedu l-pressjoni u fil-59 minuta kisbu l-gowl ta’ draw,meta mill-11 il-metru Zvezden Vukovic ma zbaljax,biex hekk baqa l-iskor sa tisfiera finali.

Ġew mogħtija l-penalties fejn Ħamrun Titans skurjaw il-ħames penalties kollha kontra l-erba tal-beltin għax Valletta fallew wiehed għal skor finali ta’ 6-5. Referee : George Portelli.

Luqa Juniors vs Baħrija AFC

Fit-tieni kwarti finali Luqa Juniors għelbu lil Bahrija AFC bl-iskor ta’ 2-0,biex qatgħu passaġġ ma’ l-aħħar erba,fejn tul il-partita kollha l-Juniors kienu kmandi assoluti tul il-partita kollha fejn satmiem l-ewwe taqsima kienu diga bnew vantaġġ doppju permezz ta’ Marlon Farrugia wara biss 3 minuti u gowl ieħor permezz ta’ Daniel Said fil-15 il-minuta logħob. Fit-tieni taqsima l-logħob naqqas hafna mir-ritmu tal-ewwel taqsima biex sa tisfiera finali bl-iskor baqa ma inbidielx skor finali ta’ 2-0 u post fis-semi finali. Referee : Joe Azzopardi

Ta’Giorni Wolves vs Mrieħel Devon

Fit-tielet kwarti finali Ta’ Giorni Wolves kisbu l-akbar rebħa tal-ġurnata meta għelbu lil Mriehel Devon bl-iskor ta’ 5-0,biex qatgħu passaġġ facli għas-semi-finali fejn qed ifixxu li jiksbu dan l-unur għall-ewwel darba wara li kienu bosta drabi vicin. Partita bla storja fejn il-Wolves iddominaw lil avversarji tagħhom fejn sa tmiem l-ewwel taqsima Ta’ Giorni kienu diga bnew vantaġġ ta’ tliet gowls permezz ta’ Matthew Farrugia 8 minuta,Christian Gorg Mallia 16 minuta,u Steve Camilleri 24 minuta logħob biex daħħlu jistriehu b’ vantaġġ komdu. Fit-tieni taqsima il-Wolves komplew fejn hallew fl-ewwel taqsima u ziedu tnejn ohra permezz ta’ Dean Camilleri 42 minuta u issigilla r-rebha Matthew Farrugia 66 minuta logħob biex kiseb dooppjetta personali għal skor finali ta’ 5-0,fejn issa jiltaqu kontra Luqa Junior fis-semi-finali.   Referee : Lorry Sammut

Għargħur Bushwackers vs Dingli Eagles

Fl-aħħar kwarti finali tal-ġurnata taħt xita kontinwa Għargħur Bushwackers għelbu l-isfida qalbiena ta’ Dingli Eagles bl-iskor ta’ 3-1,biex huma ukoll qatgħu passaġġ għal ma l-aħħar erba ta’ din il-kompetizzjoni fejn għal Għargħur iddebutta William Barbosa li kellu partita tajba u kien il-player li għamel id-differenza bejn iz-zewg nahat,imma sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor baqa ma infethax biex iz-zewg nahat daħħlu jistriehu f’parita assoluta. Fit-tieni taqsima Għargħur hargu fuq l-offensiva u fit-38 minuta logħob marru fil-vantaġġ meta pass ta’ Barbosa lejn Matthew Urpani li b’xutt mill-ewwel tefa fir-rokna tax-xibka,Għargħur komplew jippressaw u fit-58minuta logħob irdoppjaw permezz ta’ Timothy Zammit,imma Dingli għamlu reazzjoni u fil-63minuta logħob naqsu l-iskor permezz ta’ Marwan Al Forgani,biex fis-69 minuta logħob Għargħur għalqu l-partita meta skurjaw gowl ieħor u issigilla posthom fis-semi-finali permezz ta’ Andre’ Schembri għal skor finali ta’ 3-1,fejn Għargħur Bushwackers jiltaqu kontra Ħamrun Titans fis-semi finali.   Referee :Reno Refalo





Leave a comment