- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Ray Azzopardi maħtur President Onorarju għal għomru ta’ Valletta Subbuteo Club

Posted By Sportinmalta On July 2, 2018 @ 9:24 am In Featured,Table Football | No Comments

Ray Azzopardi ġie maħtur President Onorarju għal għomru ta’ Valletta Subbuteo Club. Huwa ngħata dan l-unur waqt żjara tiegħu fil-klabb bħala apprezzament tax-xogħol kontinwu tiegħu lejn il-klabb. Is-Sur Ray Azzopardi esprima l-grattitudni tiegħu għal dan l-unur u wera l-apprezzament tiegħu għal dan il-klabb li dejjem iġġib l-unuri lejn il-Belt Valletta.  Is-Sur Azzopardi faħħar ukoll l-inizjattiva tal-ftuħ tal-akkademja, biex b’hek iż-żgħażagħ ikollhom post fejn jitħarrġu f’dan l-isport u fl-istess ħin iżommu’l bogħod mill-vizzji.

Il-President tal-klabb is-Sur Felix Rizzo, f’isem il-klabb feraħ lis-Sur Azzopardi għal din il-ħatra u wera x-xewqa li jkomplu jitkellmu fuq proġetti u inizzjattivi li se jsiru mill-klabb fil-futur qarib.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/ray-azzopardi-mahtur-president-onorarju-ghal-ghomru-ta-valletta-subbuteo-club/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.