Raquel Xuereb u Albert Borg jirbħu s-Silver Cup fit-Ten Pin Bowling

Monday, July 22, 2019, 8:18

Raquel Xuereb iddominat din il-kompetizzjoni mil-bidu sal-aħħar hekk kif wara li kkwalifikat fl-ewwel post, spiċċat fl-ewwel post wara r-rawnd robin fejn tilfet biss kontra ż-żagħżugħa ta’ 13-il sena Kathryn Fenech.

Fenech, li kkwalifikat fit-tieni post,  spiċċat fit-tielet post wara li tilfet kontra Liliana Spiteri li lagħbet logħba sabiħa ferm ta’ 232.

Spiteri ma rnexxiliex iżżomm l-istess ritmu fil-finali kontra Xuereb, biex Xuereb ħarġet rebbieħa meritatament wara turnament mill-aqwa.

Kyle Camilleri ħareġ sparat mill-ewwel logħba ta’ 246, u żamm fuq quddiem b’medja fantastika ta’ 217 biex daħal għar-rawnd robin b’vantaġġ tajjeb fuq kulħadd.

Iż-żagħżugħ Julian Baldacchino li daħal għar rawnd robin fil-ħames post, kellu wirja stupenda fejn rebaħ il-ħames logħbiet diretti u spiċċa fit-tieni post quddiem Albert Borg li daħal fit-tielet post. Fis-semi finali, Borg għeleb lil Baldacchino b’distakk minimu ta’ 2 pins, u b’hekk ried jilgħab il-finali kontra Camilleri.

Borg rebaħ l-ewwel logħba 239-195, imbagħad fid-decider reġa’ għeleb lil Camilleri 162 kontra 154, biex rebaħ l-ewwel turnament tiegħu.

Ta’ min insemmu li t-tifel ta’ 9 snin, Nicolai Mallia  li spiċċa fir-raba’ post fejn lagħab ukoll l-ogħla logħba personali tiegħu ta’ 204.





Leave a comment