Rapport fattwali f’Kontrattakk wara l-inċidenti Naxxar v Zejtun

Monday, January 31, 2011, 13:17

Nagħmel referenza għall-istqarrija maħruġa mis-Segretarju ta’ Zejtun Corinthians Carmelo Abela l-bieraħ 24 ta’ Jannar 2011.

Is-Sur Abela minflok ikundanna bl-iktar mod iebes l-inċidenti li seħħu wara l-logħba Zejtun vs Naxxar Lions fi tmiem il-ġimgħa u waqaf hemm, għażel li jipprova jagħatti l-gravita tas-sitwazzjoni billi tefa’ dell ikraħ fuqi hawn taħt iffirmat tallli rraportajt dawn l-inċidenti b’mod skond hu ”sensazzjonali” fuq it-TV.

Filwaqt li nirrispinġi din l-akkuża infondata u malafamanti fil-konfront tiegħi bħala ġurnalist (li għandi d-dritt fundamentali tal-liberta’ tal-espressjoni) qiegħed niċċirkola xi ritratti bħala prova viżiva tal-karozza propjeta’ tal-partitarju tan-Naxxar Lions biex wieħed jikkonferma l-gravita’ tal-inċident.

Inħalli l-inteliġenza tal-kollegi u tal-publiku ġenerali jasal għall-konklużjoni waħdu wara li jara dawn ir-ritratti jekk kienx każ ta’ sensazzjonaliżmu jew rapport veritili ta’ inċident li qed ikun saħansitra investigat mill-Pulizija wara r-rapport li sar fl-Għassa tar-Rabat, Malta.

Sandro Micallef

Producer u Prezentatur Kontrattakk TVM





Leave a comment