Qormi jissorprendu lil Mellieħa

Thursday, October 13, 2011, 9:49

minn Colin Schembri.

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD TIENI DIVIZJONI IRGIEL

Qormi 41

Mellieħa Tritones 39

(4-9)(8-13)(9-5)(19-12)

Starlites vs Suns

Starlites vs Suns

Qormi wettqu rimonta sabiħa fl-aħħar sessjoni biex ħadu l-ewwel rebħa tal-istaġun kontra Mellieħa 41-39. Qormi kellhom lil Kenneth Genovese nieqes fil-waqt li Mellieħa kienu mingħajr Oliver Sammut u Rueben Abela. Il-bidu tal-partita kien kwiet ferm u wara parita ta’ 4-4 kien biss fl-aħħar minuti li Mellieħa fetħu vantaġġ ta’ 5 punti bi trippli ta’ Michael Camilleri u basket ta’ Joshua Aquilina. Kellhom jagħddu kważi tlett minuti oħra fit-tieni sessjoni biex waslu l-ewwel punti. Minkejja li m’għamlux affarijiet kbar, Mellieħa fetħu vantaġġ t’10 punti fil-intervall 22-12 b’diversi punti minn Aquilina.

Il-baskets reġgħu waqfu fit-tielet perjodu u l-monotonija twaqqfet fit-tmien minuta bi trippla fuq kull naħa pero’ Mellieħa baqgħu 5 minn fuq 27-22. Baskets ta’ Matthew Cauchi reġgħu taw vantaġġ ta’ 9 punti lil Mellieħa 33-24. Qormi ma ċedewx u run ta’ 13-2 magħluqa bi trippla ta’ Darren Debattista poġġiethom minn fuq 37-35 b’minuta u nofs għat-tmiem. Wara li Mellieħa ppareġjaw darbtejn, kien basket minn Orlando Bonnici fl-aħħar 10 sekondi li ta r-rebħa lil Qormi 41-39.

Qormi: L. Saliba 2, K. Vella 2, D. Debattista 12, M. Borg 7, O. Bonnici 7, K. Vella 2, D. Bugeja 7, G. Buhagiar 2.

Mellieħa Tritones: M. Cauchi 10, A. Mehmedov 8, J. Aquilina 12, M. Camilleri 7, J. Sant, P. Cauchi 2.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile.

Floriana YTC Travel 24

Miscela D’Oro Mtarfa 56

(5-9)(7-13)(7-18)(5-16)

Miscela D’Oro Mtarfa kisbu l-ewwel rebħa fuq Floriana YTC Travel 56-24. Floriana kienu mingħajr Joe Tanti u Sean Meachen pero nkludew għall-ewwel darba lil Joseph Azzopardi u Andrew Barthet. Għall-Imtarfa lagħbu għall-ewwel darba Florin Agius u Ryan Galea. Mill-ġdid kellna bidu kwiet bl-Imtarfa jmorru minn fuq b’żewġ trippli ta’ Sean Baldacchino. Floriana bdew ibatu biex jagħmlu l-baskets tant li fit-tieni sessjoni l-punti kollha tagħhom ġew minn Omar Shamala. Mtarfa għamlu run ta’ 13-2 u fil-halftime kellhom vantaġġ ta’ 10 punti 22-12.

Wara l-mistrieħ, il-partita baqgħet bl-istess andament u wara li Mtarfa għamlu l-ewwel sitt punti, Shamala reġa’ wieġeb għal Floriana. Mtarfa għamlu break ta’ 10-1 biex fi tmiem is-sessjoni d-distakk kiber għal 21 punt 40-19. Il-partita ftit kien fadlilha storja u l-aħħar sessjoni serviet biss biex Mtarfa jkabbru d-distakk. Il-players kollha għad-dispożizzjoni tal-coach Jeffrey Gatt niżżlu isimhom fost l-iskorers hekk kif Mtarfa rebħu l-partita 56-24.

 

Floriana YTC Travel: L. Pavia 2 M. Gauchi, M. Sapiano, R. Manicaro,  O. Shamala 14, A. Barthet 2, J. Azzopardi 2, S. Galea 3.

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 13, C. Farrugia 1, J. Attard 2, C. Calleja 2, D. Schembri 18, J. Camilleri 4, K. Mifsud 8, A. Psaila 2, F. Agius 3, R. Galea 4.

Referees: Clive Terribile, Robert Darmanin.

Siġġiewi 63

Athelta 47

(21-13)(19-11)(17-3)(6-10)

Siġġiewi kisbu t-tieni rebħa ta’ l-istaġun biex għaddew għas-semifinali tas-Saint James Hospital Shield. Huma kienu mingħajr Noel Falzon pero’ reġa’ rritorna magħhom Anthony Shoults. Athleta kellhom nieqes lil Daniel Xuereb. Wara bidu kwiet, Athleta ħadu vantaġġ ta’ basket 8-6. Pero’ Siġġiewi wieġbu bi break ta’ 13-2 biex fi tmiem is-sessjoni kienu 21-13 minn fuq. Huma fetħu t-tieni perjodu bi trippla ta’ Lee Grech bl- Athleta jwieġbu b’oħra minn Adrian Baldacchino. Siġġiewi reġgħu għamlu 8 punti mingħajr risposta qabel ma Athleta wieġbu b’żewġ baskets ta’ John Muscat. Fl-intervall Siġġiewi kienu 16 minn fuq 40-24.

Fit-tielet sessjoni, Siġġiewi ddominaw kompletament fejn bdew b’run ta’ 15-0. Basket minn Zak Borg u freethrow ta’ Malcolm Tong kienu r-risposta ta’ Athleta f’dan il-perjodu li Siġġiewi għalquh 30 punt minn fuq 57-27. L-aħħar sessjoni kienet nieqsa mill-entużjażmu fejn Athleta wrew logħob aħjar mill-avversarji. Lejn it-tmiem kien hemm trippla oħra ta’ Baldacchino biex Siġġiewi rebħu l-partita 63-47.

 

Siġġiewi: P. Vulovic 23, JP Antoncic 2, C. Agius 10, J. Doughty 2, L. Grech 13, A. Borg 8, A. Debattista, E. Vella, K. Farrugia, G. Agius 3, A. Shoults 2.

Athleta: C. Galea 2, T. Mifsud Bonnici, A. Baldacchino 9, M. Krastev 6, J. Muscat 4, C. Graham 4, M. Tong 1, Z. Borg 6, H. Spiteri, A. Azzopardi 5.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Starlites 65

Bell Net SN Suns 74

(24-25)(18-9)(7-18)(16-22)

Fl-isbaħ partita mit-tieni ġurnata mis-Saint James Hospital Shield tat-tieni diviżjoni Bell Net SN Suns għelbu lil Starlites 74-65. Il-partita mill-bidu dehret li se tkun entużjażmanti u sar-raba’ minuta Starlites marru 10-3 minn fuq bi trippla ta’ Francois Bartolo. Suns naqqsu d-distakk għal 3 punti pero’ Starlites reġgħu kabbruh għal 9 punti 22-13. Fl-aħħar żewġ minuti Suns għamlu run ta’ 12-2 biex temmew is-sessjoni 25-24 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Starlites reġgħu ħadu l-vantaġġ b’iktar three pointers minn Robert Loporto u Robert Bonnici biex daħlu jistrieħu 8 minn fuq 42-34.

It-tielet sessjoni kienet l-aqwa waħda ta’ Suns meta għamlu run ta’ 12-0 bejn ir-raba’ u t-tmien minuta fosthom trippla ta’ Trevor Grech biex marru 48-44 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni three pointers fuq kull naħa ħallew lil Suns punt minn fuq 55-54. Suns għamlu break qasir ta’ 5-0 u minkejja li Bonnici wieġeb għal Starlites, Suns reġgħu għamlu run ta’ 12-2. Din tathom vantaġġ ta’ 13-il punt li baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex rebħu l-partita 74-65.

 

Starlites: B. Riolo 2, R. Loporto 18, R. Bonnici 20, C.Doublet 7, S. Bonnici 2, A. Cutajar, D. Sultana 1, D. Deguara, A. Cutajar 2, F. Bartolo 13.

Bell Net SN Suns: K. Scicluna 2, R. Camilleri 5, H. Agius 18, M. Barberi 11, T. Grech 11, R. Mercieca 2, R. Camilleri 3, S. Cauchi 1, I. Marjanovic 21.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.





Leave a comment