Qormi Football Ground Champions Nazzjonali

Friday, June 24, 2016, 10:17

Gavin Muscat

Il-kampjonati nazzjonali Bavaria tal-Pool, organizati mill-Malta Pool Association, ġew fi tmiem tagħhom din il-ġimgħa meta ntlagħabu l-finali tad-divizjonijiet kollha.

Fil-finali tal-kampjonati Premier it-tim ta’ Qormi Football Ground A kiseb rebha konvincenti ta’ 19-10 kontra t-tim ta’ Top Gun Bar A.  Grazzi għal din ir-rebha t-tim Qormi kiseb ‘double’ wara li aktar kmieni f’ dan l-istaġun rebaħ il-kompetizzjoni knockout.

Espadon Bar Tarxien kisbu r-rebħ tat-titlu ta’ l-Ewwel Divizjoni meta f’ 
finali mill-aktar eċċitanti għelbu lil Żejtun Corinthians FC bl-iskor ta’ 19-17.

Fit-tieni divizjoni it-tim mill-Imgarr ta’ The Hatch Bar kiseb rebha kbira ta’ 19-12 fuq it-tim ta’ St. Mary Imqabba B filwaqt li t-tim ta’ 9 Ball Cafe Qawra għeleb lil St. Michael’s BC Zabbar 19-13 u kiseb it-titlu tat-Tielet Divizjoni.

L-istagun ta’ l-assocjazzjoni jigi fi tmiemu nhar il-Ġimgħa meta tintlagħab il-finali tas-Super Cup bejn Qormi Football Ground u Top Gun Bar.  Din il-logħba ser issir ġewwa Ian’s Sports Club, Żebbuġ, u tibda fis-7.30 pm.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

9 Ball Cafe'

————————————————————————————————————————————————————-

Espadon Bar

————————————————————————————————————————————————————-

The Hatch Bar

————————————————————————————————————————————————————-

Qormi Football Ground

QORMI FOOTBALL GROUND CHAMPIONS NAZZJONALI

Il-kampjonati nazzjonali Bavaria tal-Pool, organizati mill-Malta Pool
Association, gew fi tmiem taghhom din il-gimgha meta ntlaghabu l-finali
tad-divizjonijiet kollha.

Fil-finali tal-kampjonati Premier it-tim ta’ Qormi Football Ground A kiseb
rebha konvincenti ta’ 19-10 kontra t-tim ta’ Top Gun Bar A.  Grazzi ghal
din ir-rebha t-tim Qormi kiseb ‘double’ wara li aktar kmieni f’ dan
l-istagun rebah il-kompetizzjoni ‘knockout’.

Espadon Bar Tarxien kisbu r-rebh tat-titlu ta’ l-Ewwel Divizjoni meta f’
finali mill-aktar eccitanti ghelbu lil Zejtun Corinthians FC bl-iskor ta’
19-17.

Fit-tieni divizjoni it-tim mill-Imgarr ta’ The Hatch Bar kiseb rebha kbira
ta’ 19-12 fuq it-tim ta’ St. Mary Imqabba B filwaqt li t-tim ta’ 9 Ball
Cafe Qawra gheleb lil St. Michael’s BC Zabbar 19-13 u kiseb it-titlu
tat-Tielet Divizjoni.

L-istagun ta’ l-assocjazzjoni jigi fi tmiemu nhar il-Gimgha meta
tintlaghab il-finali tas-Super Cup bejn Qormi Football Ground u Top Gun
Bar.  Din il-loghba ser issir gewwa Ian’s Sports Club, Zebbug, u tibda
fis-7.30 pm.





Leave a comment