Qormi FC jitolbu lill-MFA tinvestiga fuq it-transfer ta’ Shodiya

Monday, August 22, 2011, 16:59

minn Cristian Muscat

Qormi FC talbu lill-MFA biex tinvestiga l-akkwist tal-istriker Niġerjan Shola Shodiya minn Birkirkara FC. Is-Sibt li għadda Birkirkara ħabbru li l-plejer Niġerjan, li kien beda l-pre-season ma’ Qormi u lagħab magħhom f’’logħbiet ta’ ħbiberija u anki fis-Sigma tournamnet organizzat minn Hibernians FC, kien iffirma kuntratt ta’ sena mal-klabb.

Fi stqarrija, Qormi saħqu li l-plejer ma setax jigi rreġistrat minħabba problemi fil-visa u problemi oħra biex jakkwista l-international clearance. Sadanittant, Shodiya telaq mill-post li offrewlu Qormi FC biex jirresiedi fih u tentattivi minn uffiċċjali tal-klabb biex jiltaqgħu mal-aġent tiegħu irriżultaw fin-negattiv.

Għal din ir-raġuni, żiedet tgħid l-istqarrija, Qormi qegħdin jitolbu lill-MFA biex tinvestiga dan l-akkwist mingħand Birkirkara u tara jekk kienx hemm xi irregolaritajiet rigward ir-reġistrazzjoni tiegħu mal-Istripes u jekk din kinitx konformi mar-regulazzjonijiet tal-MFA.





Leave a comment