Qormi FC jakkwistaw lil Stuart Duff

Thursday, November 10, 2011, 9:46

minn Cristian Muscat

Qormi FC iffirmaw lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Stuart Duff. Duff iffirma ma’ dan il-klabb sa tmiem l-istagun wara li mpressjona bis-sħiħ lill-kowċ Stephen Azzopardi waqt prova qasira li ghamel mal-istess klabb matul dan l-istaġun.

Qormi li bhalissa jinsabu fit-tielet post fil-klassifika bi 17-il punt wara serje ta’ riżultati pożittivi, tefgħu ħarsithom fuq Duff wara li tterminaw il-kuntrat tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Brażiljan Giuseppe Vela li kien qed isofri minn injury għal żmien twil.

Sadanittant, id-difensur Grieg Christos karamonolis, li qed jirkupra minn injury f’irkopptu, gie wkoll rilaxxat minn Qormi. Il-barranin l-oħra fuq il-kotba ta’ Qormi huma l-attakkant Niġerjan Abubakar Bello-Osagie u Daniel Nwoke, il-winger Braziljan Jorginho kif ukoll id-difensur Taljan Federico Mirarchi.

Duff li għandu 29 sena li huwa prodott tal-youths ta’ Dundee United u li fl-aħħar stagun lagħab ma’ Inverness, huwa mistenni li jagħmel id-debutt tiegħu ma’ Qormi nhar is-Sibt li ġej kontra Hibernians. Jista’ jkun ukoll li Duff ikun inkluż mal-ewwel ħdax tal-istess tim minħabba l-fatt li l-kowċ Stephen Azzopardi irid jagħmel bidla waħda f’nofs il-grawnd minħabba li l-captain Joseph Farrugia sofra injury fl-aħħar konfront ta’ Qormi kontra Sliema Wanderers li ntemm fi draw ta’ 3-3.

Farrugia li kellu bidu mill-aqwa f’dan l-istaġun ma’ Qormi u li ġie vvutat il-BOV plejer tal-logħba fl-aħħar konfront kontra Sliema meta skorja żewġ gowls mistenni jkun barra mill-azzjoni għal erba’ ġimgħat.





1 Comment

  1. yellow and black says:

    laqqas jiswa 5 euros dan il player……

    [Reply]

Leave a comment