- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Qormi Daikin ħadu l-unuri kollha

Posted By Sportinmalta On May 31, 2019 @ 11:51 am In Featured,Hockey | No Comments

Qormi Daikin għalqu l-istaġun tal-hockey 2018-2019 b’mod memorabli meta rebħu l-kompetizzjoni tan-KO b’rebħa ta’ 3-2 fuq Sliema Hs fil-finali. B’hekk żiedu din it-tazza mas-Super Cup, Challenge Cup u l-Kampjonat Nazzjonali biex ħadu l-unuri kollha.

Kif kien mistenni l-logħba tal-Erbgħa kienet bilanċjata u mhux nieqsa mit-tensjoni. Id-differenza bejn iż-żewg timijiet hija zgħira bil-Qriema iktar kliniċi biex jieħdu l-okkazzjonijet li ġewhom. Fl-10 minuta tal-ewwel taqsima l-ballun ġie mxellef minn John Williams li fetaħ l-iskor favur Qormi. Sliema ma damux biex irrispondew meta fis-16-il minuta Silas Plaehn ġab id-dro minn azzjoni ta’ short corner. Kienu Qormi pero li spiċċaw l-ewwel taqsima fil-vantaġġ meta wara żball mid-difiza Slimiża Duncan Edwards fajjar mit-tarf id-Dee u ġab l-iskor 2-1.

Hawnhekk daħal fix-xena l-gowler tal-Qormi Shamison Mifsud li b’sensiela ta’ saves żamm il-prezzjoni tas-Slimiżi. Liema prezzjoni, pero ssarfet f’gowl fil-15-il minuta tat-tieni taqsima meta l-captain ta’ Sliema Shaun Grima tefa’ ġewwa minn azzjoni oħra ta’ short corner. Qormi Daiken pero ma kienux se jkunu miċħuda u ftit minuti wara sabu x-xibka għat tieni u t-tielet darba. L-umpires tal-logħba kienu James Mizzi u Shawn Mifsud.

Qormi Daikin issa jdawru l-attenzjoni tagħhom fuq l-Izibet Euro Hockey Club Challenge IV Men se se tkun qed jintlghab gewwa l-Kumpless ta’Kordin bejn is-6 u 9 ta’ Gunju. It-timijiet l-oħra f’dan it-tournament tal-Federazzjoni Ewropeja huma Floriana Young Stars (MLT), Epiton HC (HUN), HC Luxembourg (LUX), Seinajoki United (FIN), HC Kilippari (FIN), Kringsja SK (NOR) u Eagles HC (GIB).

 

 

 

 

 

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/qormi-daikin-hadu-l-unuri-kollha/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.