Qegħdin f’Marzu jew Jannar ?

Wednesday, March 10, 2010, 11:12

minn Josef Galdes

Żewġ clubs tal-Premier ġabuni f’dubju jekk aħniex fix-xahar ta` Marzu jew Jannar. Dan minħabba l-fatt li t-trasferimenti jagħlqu f`Jannar u ftit tal-ġimghat ilu Floriana u Valletta akkwistaw player kull wieħed. Ħafna partitarji staqsew imma dan kif seta jseħħ meta s-suq huwa magħluq? Kif tafu, xi ftit tal-ġimghat ilu kont għedtilkom li s-suq tat-trasferimenti għal dawk it-timijiet li jilagħbu fil- Kampjonat Premier kien għadu ma ntemmx. Dan minkejja l-fatt li t-trasferimenti jagħlqu b’mod uffiċjali fix-xahar ta`Jannar. Xahrejn wara, Floriana akkwistaw is-servizzi tal-attakant mill-Etjopja Michael Chebru li konna rajnih Malta aktar kmieni dan l-istaġun mat-tim Ungeriż ta` Ferencvaros. Chebru iddebutta fi tmiem il- ġimgħa li għaddiet fil- partita fejn Floriana ddebuttaw fir-Relegation Pool kontra Ħamrun fejn il-Greens tilfu 2-1.

Ftit tal-ġranet ilu ħarget l-aħbar li Valletta akkwistaw lill-attakant internazzjonali Malti Michael Mifsud, minkejja li jien kont għedtilkom li kien qed jittrenja mal-club ta` Birkirkara u hekk kien. Deher ukoll li xi players ta` Birkirkara dehru urtati b`dan l-akkwist u anki xi membri tal-kumitat ta’ Birkirkara ma qablux li kellu jseħħ dan it-trasferiment, għaldaqstant kollox sfaxxa għal Birkirkara. Valletta approfittaw ruħhom u nhar it-Tnejn li għadda għal ħabta tal-ħdax ta` filgħaxija waslu fi ftehim ma` Mifsud u kkonkludew it-trasferiment biex issa Mifsud se jilbes il-flokk abjad sa tmiem l-istaġun. Din kienet ħolma li saret realta` għall-President ta` Valletta s-sur Victor Sciriha. Naf li s-sur Vic kien ilu biex jakkwista lil Mifsud meta kien President ta` Marsaxlokk. Setgħu dawn il-clubs jakkwistaw dawn il- players? Iva setgħu! Dan minhabba l-fatt li kemm Mifsud, kif ukoll  Chebru kienu bla club minn Awwissu li għadda. Iż-żewġ players setgħu jiffirmaw ma’ liema club riedu huma. Mifsud mistenni li jiddebutta nhar is-Sibt li ġej kontra l-ex team tiegħu Sliema. Dan il-konfront jintlagħab fl-istadium nazzjonali Ta` Qali u jibda fl-4pm, partita li se tkun imxandra live ukoll fuq Melita Sports.





1 Comment

  1. Chris Curmi says:

    Ha jilhaq jigi approvat it-transfer ta` Michael Mifsud mill-Ezekuttiv ta` MFA kmieni bizzejjed biex ikun jista` jilghab mas-Sliema?

    [Reply]

Leave a comment