Qawsallu – Il-Mascot il-ġdid tar-Rainbows

Saturday, September 11, 2010, 14:54
Manuel Caruana xellug ippreżentat bit-Trofew tal-Aqwa player skond il-partitarji

Manuel Caruana xellug ippreżentat bit-Trofew tal-Aqwa player skond il-partitarji

Il-Bieraħ Tarxien Rainbows Supporters Club organizza l-BBQ Anwali tiegħu li sar ġewwa l-Pixxina ta’  Wied il-Għajn. Il-President tal-Club is-Sur Tony Cassar għamel diskors tal-okażżjoni fejn faħħar lis-Supporters Club  għax-xogħol li għamlu l-istaġun li għadda fejn qajmu l-brijju Tarxiniz postu. Wara hu ntroduċa s-sorpriza li saret mis-Supporters Club li huwa l-Mascot. Il-Mascot li jgib l-isem Qawsallu huwa forma ta’ Mogħoża. Dan ġie deċiz mil-kumitat minħabba l-laqam  ta’  Ħal-Tarxien bħala ” Redus ”.

Wara li ġie pprezentata s-sorpriża , Mark Sciberras u Jurgen Schembri gew mogħtija tifkira ta’ ringrazzjament tas-servizz li offrew fl-istaġun li għadda bħala servizz tal-banda. Fl-aħħar, ingħataw it-trofej ta’  l-Aqwa Player skond is-supporters ġie pprezentat lil Emanuel Caruana mil-President tas-Supporters Club Mario Muscat.

Qawsallu l-Mascot il-ġdid ta' Tarxien Rainbows

Qawsallu l-Mascot il-ġdid ta' Tarxien Rainbows

Din kienet attivita’ oħra ta’ success li mliet lil dawk li attendew b’entużjazmu għal nhar il-Ħadd li ġej għall-logħba li Tarxien imisshom kontra Marsaxlokk fejn Qawsallu ser ikun qed jagħmel id-debutt tiegħu bħala Mascot tar-Rainbows.





4 Comments

  1. good job tarxien tatux kass hadd iehor…. ghaw min ghandu pagun b’ras ta bniedem xett igibu bi kbir!!!!

    [Reply]

  2. daniel says:

    brispett kollu lejkom ta tarxien , jekk ha tibqaw tipersistu b dan il mascot, ippreparaw ghat taghjir dis sena, kif ha ha tifqaw malta bid dahk

    [Reply]

  3. majsss says:

    LOOOOOOOOOOOOOOOOOOLLLLL QAWSALLLUUUUUUUUUUUUUUUUUU HAHAHAHA KIF HAL TARXIEN BISS ISIRUU DAWN EEEE?? MA TIXBQAW QATT TAQAW AN NEJK

    [Reply]

  4. Brian says:

    Prosit lit-T.R.S.C. li jahdmu u jirsistu sabiex anke fl-armar tal-ground inkunu fost l-ahjar ;-)

    Ibqghu sejrin hekk Blues!!

    Kuragg halli jerga jkollna stagun memorabbli!

    [Reply]

Leave a comment