Puma jisponsorjaw lil Massimo Cremona

Monday, August 28, 2017, 19:27

Massimo Cremona, atwalment, Numru 6 fl-FISTF Rankings Mondjali kategorija Open,  fl-istagun li gej ser ikun sponsorjat minn PUMA, reprezentati mid-ditta Tutto Sport Ltd.
Cremona, rega gie konfermat ghad-disa’ stagun konsekuttiv mac-Champions Ewropej, kif ukoll ta’     l-Italia F.illi Bari Reggio Emilia.
L-Istagun li ghadda kien wiehed tajjeb ghall-Cremona fix-xena Internazzjonali, fejn rebah il-Gran Prix ta’ Glasgow (Scozia) u Vienna (Austria), finalista fil-Gran Prix ta’ Londra (Ingriterra) u l-Open ta’ Messina (Sqallija) kif ukoll semi finalista fil-Gran Prix ta’ Parigi (Franza).
Mal-klabb Taljan, F.illi Bari Reggio Emilia, Cremona rebah ic-Champions League ta’ Ewropa ghar-raba darba fil-kariera tieghu, il-League Taljan tas-Serie A, kif ukoll il-Major ta’ Frameries gewwa il-Belgju.
Cremona jirringrazzja lil Eligio Vella, tas-support li dejjem sab.





Leave a comment