Youth Football:Protesta fuq il-logħba bejn Hibs u Valletta

Sunday, October 25, 2015, 21:54

Gavin Muscat

Protesta imressqa minn Paola Hibernians Football Nursery b’referenza għall- partita (U15) Paola Hibernians vs Valletta , li ntlagħbet nhar is-Sibt 10 t’ Ottubru 2015. Nirreferi għas-seduta tal-Bord tal-Protesti li saret ilbieraħ, il-Ħamis 22 ta’ Ottubru, 2015, fejn instemat l-protesta hekk kif imressaq minn Paola Hibernians Football Nursery fil-konfront ta’ Valletta FC Nursery.

Il-Bord sema’ r-rappreżentanti taż-żewġt naħat u finalment ikkonkluda;
a) Li fil-partita hawn fuq imsemmija, Valletta FC Nursery naqsu milli juru xi tip ta’ identifikazzjoni tal-plejers imniżżla fuq il-line-up, qabel il-bidu tat-tieni taqsima tal-logħba, lit-tim oppost, hekk kif jobbliga regolament numru 16c(i).
b) Li għal din ir-raġuni l-plejers ta’ Valletta FC Nursery li lagħbu f’din il-partita kienu meqjusa ineliġibbli, hekk kif jistipula wkoll regolament numru 16c(i).

Għaldaqstant, inti hawnhekk qiegħed tiġi nfurmat li l-Bord laqa’ l-protesta ta’ Paola Hibernians Football Nursery u ddeċieda li r-riżultat tal-partita msemmija għandu jaqra 2 – 0 favur Paola Hibernians Football Nursery, u t-tlett punti jingħataw lil Paola Hibernians Football Nursery, hekk kif jistipula regolament numru 29 ta’ Regolamenti tal-Kompetizzjoni fir-rigward ta’ plejers ineliġibbli.





Leave a comment