Protesta imressqa mill-Floriana FC

Thursday, May 12, 2016, 21:02

Floriana FC Hum ressqu protest mal-Bord tal-Protesti tal-MFA dwar il-logħba tal-FA Trophy kontra Birkirkara FC milgħuba nhar I:-20 ta’ April 2016 u li ntemmet bir-rizultat ta’ 2-0 favur Birkirkara FC.

Fil-protest tagħhom, pprezentat mill-President Riccardo Gaucci, Floriana FC qed isostnu li numru  ta’ players barranin ta’ Birkirkara FC ma kinux registrati mal-awtoritajiet lokali responsabbli mill­ impjieg tagħhom f’Malta. L-obbligu tar-registrazzjoni tal-players professjonali mill-klabbs Maltin mal-awtoritajiet kompetenti Maltin jirrizulta mill-istatut tal-MFA u hu obbligatorju.

Floriana FC qed isostnu li għalhekk dan in-nuqqas min-naha ta’ Birkirkara FC jmur kontra r-regoli tal-MFA li jispecifikaw li biex ii-players professjonali jkunu registrati mal-MFA u jkunu eligibbli għal-logħob fil-kampjonat Malti, dawn iridu jkunu registrati regolarment mal-awtoritajiet lokali. Dan minbarra li jkunu registrati mal-MFA.

Għalhekk u fin-nuqqas ta’ registrazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti  Maltin, numru ta’ players barranin ta’ Birkirkara FC ma kinux eligibbli 1i jilgħabu kontra Floriana FC. Minkejja 1-obbligi 1i jirrizultaw mill-istatut tal-MFA, fil-logħba kontra Floriana FC, Birkirkara FC lagħbu players barranin li kinux eligibbli li jkunu registrati mal-MFA.

Quddiem dawn ic-cirkostanzi, Floriana FC talbu lill-Bord tal-protesti tal-MFA biex jirirkonoxxi 1- irregolarita mwettqa minn Birkirkara FC, jannulla r-rizultat tal-logħba Floriana FC vs Birkrikara fuq imsemmija u jiddikjara lil Floriana FC rebbieha ta’ din il-logħba kif sar f’każi preċedenti.





Leave a comment